L-Aħbarijiet

Dettalji tal-funeral tal-Isqof Emeritu Paul Darmanin OFM Cap

Għada l‑Erbgħa, 2 ta’ Awwissu 2023, se jiġi ċċelebrat l‑Għasar tal‑Mejtin għar‑ruħ Mons. Paul Darmanin OFM Cap., Isqof Emeritu tad‑Djoċesi ta’ Garissa fil‑Kenja, li mar jiltaqa’ mal‑Mulej it‑Tlieta, 25 ta’ Lulju. Dan il‑mument ta’ talb se jitmexxa mill‑Isqof Joseph Alessandro OFM Cap, fil‑Knisja tas‑Salib Imqaddes fil‑Furjana, magħrufa bħala ‘Tal‑Kapuċċini’, fis‑7pm.

Il‑Ħamis, 3 ta’ Awwissu 2023, fis‑7:30am, il‑ġisem ta’ Mons. Darmanin se jkun espost fil‑kappella tal‑Lunzjata f’Ħaż‑Żabbar… Kompli aqra »

Żgħażagħ Maltin jieħdu sehem fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Lisbona

565 żgħażagħ Maltin u Għawdxin ħallew Malta sabiex flimkien ma’ eluf ta’ żgħażagħ oħra minn madwar id‑dinja u mal‑Papa Franġisku jipparteċipaw fil‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ f’Lisbona l‑Portugall. Il‑grupp Malti se jkun immexxi milll‑Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma. Il‑Papa xtaq li t‑tema għal din is‑sena tkun “Marija qamet u marret tħaffef” (Lq 1:39) sabiex iħeġġeġ liż‑żgħażagħ jimxu fuq l‑eżempju ta’ Marija u ma jibżgħux ixandru l‑Bxara t‑Tajba… Kompli aqra »

ToGeThere: Proġett bejn iż-żgħażagħ ta’ ŻAK Ħal Tarxien u l-Azione Cattolica San Severo

Fis-sajf tas-sena l-oħra, ŻAK Ħal Tarxien u Azione Cattolica San Severo kellhom exchange f’Malta, bl-isem ta’ Id f’Id, fejn ġiet diskussa s-sostenibbiltà u l-bini tas-soċjetà wara l-COVID. Din is-sena, ġiet organizzata it-tieni parti ta‘ din l-exchange, bejn l-10 u d-19 ta‘ Lulju, din id-darba ġewwa San Severo, fl-Italja bit-titlu ‘ToGeThere,’ fejn ġiet emfasizzata l-importanza tal-ħidma kollettiva biex flimkien nilħqu l-miri tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan l-avveniment ra l-parteċipazzjoni attiva ta’ 41 żagħżugħ u żagħżugħa bejn l-14 u t-28 sena ġejjin minn Malta jew mid-djoċesi ta‘ San Severo… Kompli aqra »

Inawgurat l-ewwel thrift shop tal-Knisja f’Malta

Ħanut li jħaddan is-solidarjetà u l-ħarsien ambjentali

Il‑Knisja f’Malta, permezz tat‑Taqsima Djakonija, fetħet l‑ewwel thrift shop bl‑isem ta’ LOOP. L‑għan tal‑proġett hu li jagħti dinjità lill‑persuni li għaddejjin minn żmien diffiċli filwaqt li tinħoloq kuxjenza ambjentali u solidarjetà mal‑proxxmu.

Il‑ħanut, li jinsab fi Triq Melita fil‑Belt Valletta, kantuniera mal‑Knisja ta’ San Franġisk t’Assisi fi Triq ir-Repubblika, joffri għażla vasta ta’ ħwejjeġ u aċċessorji second‑hand bi prezz imraħħas. Il‑ħwejjeġ, li jingħataw b’donazzjoni, jiġu ċċekkjati mill‑voluntiera qabel ma jintbagħtu fil‑faċilità tal‑ħasil ta’ ħwejjeġ li LOOP għandha fil‑Kalkara biex imbagħad jitpoġġew fuq l‑ixkafef tal‑ħanut.   

Waqt l‑inawgurazzjoni u t‑tberik ta’ dan il‑proġett, il‑Vigarju Episkopali għad‑Djakonija, Mons… Kompli aqra »

L-esperjenza ta’ seba’ persuni li laqgħu s-sejħa t’Alla

B’kollaborazzjoni mal-Arċidjoċesi ta’ Malta u ċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, il-paġna ‘The People of Malta‘, ippreżentat seba’ esperjenzi ta’ nies li laqgħu s-sejħa t’Alla għal vokazzjonijiet differenti u kif din biddlet ħajjithom. Fost il-vokazzjonijiet kien hemm saċerdot, soru novizza, familja, patri missjunarju, soru tal-klawsura, fra u soċja tal-M.U.S.E.U.M.

Inkomplu nitolbu għall-vokazzjonijiet fid-dinja għax “il‑ħsad huwa kbir iżda l-ħaddiema huma ftit”… Kompli aqra »

Il-Papa waqt festival taż-żgħażagħ f’Medjugorje: Alla għandu pjan ta’ mħabba għal kull wieħed minna

In a message sent to participants of the Medjugorje International Youth Festival on Thursday, Pope Francis urged young people to open their hearts to the will of God.

“God has a plan of love for each of you,” said the Pope. “Do not be afraid of His will, but place all your trust in His grace.”

The annual Medjugorje Youth Festival takes place this year on 26-30 July in the village in Bosnia and Herzegovina, and brings together young people from all over the world to pray, reflect, and grow in their faith… Kompli aqra »

Restawrati l-pittura titulari u l-apside tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor il-Kbir f’Tas-Sliema

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Girgor il-Kbir, Tas-Sliema

Tlesta il‑proġett ta’ konservazzjoni u restawr fuq żewġ pitturi kbar li jinsabu fl‑apside tal‑knisja parrokkjali ta’ San Girgor il‑Kbir f’Tas‑Sliema. Ix‑xogħol ta’ restawr, li ammonta għal €110,000 b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea, ġie inawgurat mill‑Isqof Joseph Galea‑Curmi u s‑Segretarju Parlamentari Chris Bonett. Preżenti għall‑inawgurazzjoni kien hemm ukoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross u l‑kappillan Dun Victor Scicluna.

Permezz ta’ dan ix‑xogħol ta’ restawr, li għalih ikkontribwixxew ukoll il‑parruċċani, tnaddfu l‑pitturi kif ukoll tnaqqas il‑kontenut tal‑melħ fuq is‑saff tal‑ġebla, ingħalqu l‑ġonot tal‑ġebel, u sar l‑irtokk u l‑kisi protettiv meħtieġ… Kompli aqra »

Avviż

Mid-29 ta’ Lulju 2023 sat-2 ta’ Settembru 2023, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana se tkun magħluqa kull nhar ta’ Sibt.

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7:30a.m sal-4:30p.m. (Importanti li jsir appuntament minn qabel.) Għal aktar tagħrif ċempel 25906238/208. Kompli aqra »

Imut l-Isqof Emeritu Paul Darmanin O.F.M. Cap.

Tħabbret il-mewt tal-Isqof Emeritu Mons. Paul Darmanin O.F.M. Cap., li miet matul il-lejl li għadda, fl-età ta’ 82 sena.

Fl-1984, Mons. Darmanin inħatar bħala l-ewwel Isqof tad-Djoċesi ta’ Garissa fil-Kenja. Huwa dam imexxi din id-djoċesi sal-2015. Wara, irtira hawn Malta u kien jgħix fil-Kunvent tal-Franġiskani Kapuċċini fil-Furjana. Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ Sant’Anna għall-ommijiet li qed jistennew tarbija

Il-parroċċa ta’ Wied il-Għajn għal sena oħra qed torganizza quddiesa għall-persuni li qegħdin jistennew tarbija.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Fr Luke Cutajar, il-kappillan ta’ Wied il-Għajn, dwar din l-attività li se ssir fis-26 ta’ Lulju fis-6.30pm, propju fil-festa ta’ Sant’Anna li hija patruna tan-nisa tqal, tal-familji li jkunu qegħdin jistennew tarbija kif ukoll għal dawk kollha li jixtiequ jsiru ġenituri.

Hu stqarr li Sant’Anna ttamat fil-Mulej biex tkun omm Marija li permezz tagħha twieled Ġesù… Kompli aqra »