L-Aħbarijiet

Ippreżentat l-‘Instrumentum Laboris’ għas-Sinodu tal-Isqfijiet

Is-Segretarjat Ġenerali tas-Sinodu dalgħodu ppubblika l-Instrumentum laboris, dokument li se jgħin fil-ħidma tas-16-il Assemblea Ġenerali Ordinarja li se tiltaqa’ f’Ruma l-ewwel f’Ottubru li ġej u mbagħad f’dak tas-sena d-dieħla.

Id-dokument ta’ madwar 60 paġna, ippreżentat waranofsinhar f’Konferenza Stampa fil-Vatikan, jiġbor l-esperjenzi tal-Knejjes lokali f’kull parti tad-dinja, minn dawk li qed iġarrbu gwerer u bidliet fil-klima għal sistemi ekonomiċi diskriminatorji; minn dawk f’minoranza u ppersegwitati, għal dawk li nħakmu minn sekularizzazzjoni qawwija u vjolenti; minn dawk midruba mill-pjaga tal-abbużi sesswali kif ukoll tal-poter u l-kuxjenza, għal dawk fejn hemm tensjonijiet bejn diversi fazzjonijiet anki interni… Kompli aqra »

“L-isbaħ ħaġa hi li tara adulti jersqu lejn Alla” – il-missjunarju Żabbari f’Kuba

Fr Stephen Magro, missjunarju Żabbari li għal dawn l-aħħar sena u ħames xhur kien qiegħed iservi ġewwa Kuba semma’ kif waħda mill-isbaħ esperjenzi fil-missjoni tiegħi hi meta jara adulti jew żgħażagħ li jersqu lejn Alla.

F’intervista ma’ Newsbook.com.mt hu spjega kif din hija esperjenza pożittiva għaliex dawn ma jkollhom l-ebda kuntatt mal-knisja imbagħad tibda tarahom jinvolvu ruħhom, jibdew il-mixja tal-fidi, jsiru parti mill-komunità u jkunu sabu t-tieni familja tagħhom fi ħdan il-knisja… Kompli aqra »

Live: L-ordinazzjoni ta’ saċerdot ġdid – 16 ta’ Ġunju 2023, 6pm

  L-Oratorju tas-Salesjani, Tas-Sliema

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Eżekuttiv ġdid għall-Assoċjazzjoni Maltija għall-Istudju tal-Ispiritwalità u l-Akkumpanjament Spiritwali

Mill-20 ta’ Mejju 2023, l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Istudju tal-Ispiritwalità u l-Akkumpanjament Spiritwali għandha eżekuttiv ġdid magħmul minn Patri Charló Camilleri, O.Carm, Dr Edward Clemmer u Martin Azzopardi sdc.

F’perspettiva Nisranija, l-Assoċjazzjoni tfittex li tħeġġeġ l-għarfien, il-fehma, r-rispett u l-appoġġ tan-nies fid-dimensjoni spiritwali tagħhom f’kuntesti professjonali u f’komunità usa’. Dan tagħmlu billi: tmexxi ’l quddiem l-istudju akkademiku, l-edukazzjoni u l-għarfien fil-qasam tal-ispiritwalità; l-iżvilupp ta’ prattiki inklussivi u professjonali; u t-trawwim ta’ spazji adegwati għad-diskussjoni dwar il-prattika tal-akkumpanjament spiritwali… Kompli aqra »

Il-wirja tal-arazzi fil-Konkatidral estiża

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ħabbret li l-wirja tal-Arazzi ‘A Gift of Glory’ ġiet estiża sas-Sibt l-1 ta’ Lulju 2023. Il-Ħinijiet tal-Ftuħ huma mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9:00 hrs u l-16:45 hrs (l-aħħar dħul fl-16:15 hrs).

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ħabbret Open Day biex il-viżitaturi jkunu jistgħu jesperjenzaw is-sbuħija tas-Sett tal-Arazzi wara proċess estensiv ta’ restawr li dam għaddej 16-il sena. Din il-wirja se tipprovdi opportunità esklussiva għall-pubbliku biex jara u jesperjenza parti integrali mill-wirt kulturali u storiku ta’ Malta għal aktar minn tlett sekli… Kompli aqra »

Il-purċissjoni ta’ Corpus Christi terġa’ lura l-Belt Valletta

Aktar kmieni llum saret il-purċissjoni tradizzjonali bl-Ewkaristija mat-toroq ewlenin tal-Belt Valletta. Bħal-lum, il-Knisja tiċċelebra s‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù, magħruf l-aktar bħala Corpus Christi.

L-Arċisqof Charles Scicluna ċċelebra quddiesa fid-9:30am mill-Konkatidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni ta’ din il-festa.

Din il-quddiesa xxandret ukoll fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103.

F’dawn l-aħħar snin, din il-purċissjoni saret fl-Imdina iżda tradizzjonalment din il-purċissjoni dejjem saret fil-Belt Valletta… Kompli aqra »

Il-fdalijiet ta’ Henry u Inez Casolani se jkunu trasferiti fil-Knisja ta’ Santu Wistin

Bdew it-tħejjijiet biex fil-futur qarib il-fdalijiet tal-Qaddejja ta’ Alla Henry u Inez Casolani ikunu trasferiti għall-qima tal-pubbliku miċ-ċimiterju tal-Addolorata għall-knisja ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta.

Fi stqarrija tal-Assoċjazzjoni ta’ Henry and Inez Casolani ntqal li nhar it-Tnejn 5 ta’ Ġunju ġie ffirmat ftehim bejn il-Provinċja Agostinjana u l-Assoċjazzjoni għal dan it-trasferiment.

Il-koppja Casolani iżżewġu fl-1944 fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt fejn rabbew lil binthom Cecilia Mary li fl-età ta’ 19 il-sena ingħaqdet mas-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni… Kompli aqra »

FESTALWIĠI: Festival fil-komunità b’differenza

Unstable weather conditions did not dampen the enthusiasm of those who gathered in the St Aloysius College Grounds in Birkirkara on Sunday 21st May for a packed programme of day-long activities.

FestAlwiġi is a community festival organised by the St Aloysius College Committee, consisting of members of staff from the three schools. Following a four-year hiatus due to the COVID-19 pandemic, College brought this much-loved celebration for staff, students, and their families and friends back with a bang. 

From plant and book sales; chess, table soccer and football tournaments; professional kickboxing workshops; science shows; ‘karrozzin’ rides and a variety of games held both indoors and outdoors, visitors were treated to a great choice of fun activities… Kompli aqra »