L-Aħbarijiet

Riflessjonijiet tar-Randan: L-Ilma

“Min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx.” Ġwanni 4:14

Fit-tielet Ħadd tar-Randan nisimgħu dwar il-laqgħa ta’ Ġesù u s-Samaritana fejn il-bir ta’ Ġakobb.

L-ilma fir-reliġjon Nisranija hu simbolu b’diversi sinifikati. Hemm l-aspett distruttiv tal-ilma li fl-istess waqt ikun qed inaddaf ukoll. Pereżempju fl-istorja ta’ Noè, naraw li l-art għerqet biex jinqered il-ħażen fid-dinja. Fl-istess waqt l-ilma huwa wkoll simbolu tal-ħajja, ta’ tiġdid u ta’ fejqan.  Bħalma kien ġara lir-raġel għama mit-twelid li beda jara wara li nħasel fl-għadira kif kien qallu Ġesù… Kompli aqra »

Illum ‘Ningħaqdu għal Missio’: il-maratona annwali għall-ġbir ta’ fondi

 Nhar is-Sibt 11 ta’ Marzu, Missio Malta qed torganizza l-Maratona annwali tagħha biex tiġbor fondi għall-proġetti li twettaq fil-pajjiżi tal-Missjoni. Din il-maratona li għandha t-tema ‘Ningħaqdu għal Missio’, ser tkun imxandra live bejn il-11 ta’ filgħodu u l-11 ta’ bil-lejl, fuq is-sit ta’ TVM kif ukoll fuq l-istazzjonijiet ONE, NET, F Living TV, Smash TV u Xejk TV. 

“Dan l-avveniment, huwa kruċjali għall-operat ta’ Missio Malta, hekk kif jipprovdi parti kbira mill-fondi neċessarji, li bihom Missio Malta tkompli tiffinanzja proġetti ta’ fejda f’pajjiżi tal-Afrika, l-Asja u l-Amerika t’Isfel,” stqarr Robert Farrugia, il-Kap tal-Komunikazzjoni u l-Ġbir ta’ Fondi ta’ Missio Malta. 

“Permezz ta’ din il-Maratona, nieħdu l-opportunità li nlaqqgħu lill-membri tal-pubbliku u lill-benefatturi tagħna, ma’ stejjer ta’ suċċess li rajna fl-aħħar xhur, u li seħħew bis-saħħa tal-ġenerożità tal-Maltin u l-Għawdxin… Kompli aqra »

Iffirmat ftehim soċjali ma’ Dar Hosea

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Dar Hosea ffirmaw ftehim soċjali ġdid ta’ €74,800 fuq medda ta’ tliet snin.

Dar Hosea hija residenza li tilqa’ u tgħin lin-nisa vulnerabbli.

Il-Ministru Michael Falzon qal li b’dan il-ftehim se jiġi ngaġġat is-servizz ta’ ħaddiem soċjali ieħor full-time u se tingħata aktar minn 2,000 siegħa ta’ xogħol soċjali lill-persuni li jkollhom bżonn din l-għajnuna.

Fl-aħħar xhur, aktar minn 100 persuna li kienu vittmi ta’ prostituzzjoni u sabu ruħhom b’problemi oħra fosthom il-vizzji tal-logħob u d-droga fittxew l-għajnuna ta’ Dar Hosea… Kompli aqra »

Quddiesa fl-10 anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku

Nhar is-Sibt 18 ta’ Marzu 2023, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr f’għeluq l-10 snin mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, fid-9:30am.

Il-Papa Franġisku ġie elett fit-13 ta’ Marzu 2013 u beda uffiċjalment il-ministeru pastorali tiegħu bħala Isqof ta’ Ruma u Ragħaj tal-Knisja Universali fid-19 ta’ Marzu 2013, fis-Solennità ta’ San Ġużepp.

Kulħadd mistieden jattendi għal din iċ-ċelebrazzjoni u jirringrazzja lil Alla ta’ dan id-don kbir li ta lill-Knisja tiegħu, u tal-ġid kbir li għamel il-Papa Franġisku tul dawn is-snin… Kompli aqra »

Riflessjonijiet tar-Randan: Il-Muntanji

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet; imnejn se tiġini l-għajnuna?

Fit-tieni Ħadd tar-Randan nisimgħu dwar it-trasfigurazzjoni ta’ Ġesù fuq il-muntanja Tabor.

Il-muntanji u l-għoljiet fil-Bibbja huma msemmija iktar minn ħames mitt darba. U dan mhux b’kumbinazzjoni, iżda għax fil-fidi Lhudija, il-muntanji jikkunsidrawhom bħala l-eqreb li tista’ tkun m’Alla minħabba li kienu jilħqu lejn is-smewwiet, l-eqreb lejn id-dawl. Infatti ħafna ġrajjiet sinifikanti ġraw fuq il-muntanji… Kompli aqra »

Bidu ġdid u ħbiberiji ġodda għar-rifuġjati f’Malta

Considering the rare occasion of friendships blooming between locals and persons who have found refuge in Malta, non-profit organisation Ħal Far Outreach felt the need to change things up, thus coming up with its Malta Migrant Befriending Programme. 

Through this project, the organisation aimed to promote the integration of asylum seekers and refugees into Maltese society by bringing together twelve asylum-seekers, or refugees, with eight long-term Maltese residents during a number of group events. 

On Sunday, Newsbook.com.mt was invited to attend the last event of the year-long programme to observe the fruits borne through this project. 

Social media coordinator Alena Tokareva spoke to this newsroom, explaining that during the past year, the participants had the opportunity to get to know each other through numerous events once every two weeks… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Riflessjonijiet tar-Randan: Id-Deżert

“Imqar jekk nimxi f’wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.”

L-ewwel Ħadd tar-Randan laqqagħna mar-rakkont ta’ Ġesù fid-deżert tal-Lhudija, li hu magħruf għat-temperaturi estremi tiegħu, u s-sorsi limitati tal-ilma. Hu medda kbira ta’ għoljiet u widien ta’ blat, u ma fihx ramel.

Fil-Bibbja jissemma iktar minn darba. Qabel dar-rakkont naraw lil Ġwanni l-Battista jipprietka propju fid-deżert tal-Lhudija, li fil-Lvant tiegħu nsibu x-Xmara Ġordan, ix-xmara fejn tgħammed Ġesù, u li minnha telaq għad-deżert fejn qatta’ erbgħin jum… Kompli aqra »