L-Aħbarijiet

L-Arċidjoċesi twaqqaf fond ta’ €30,000 għal inizjattivi ta’ ospitalità

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta waqqfet fond  ta’ €30,000 biex tippromwovi inizjattivi ta’ ospitalità fil‑parroċċi u komunitajiet oħra. Il‑Knisja se tkun qed tuża l‑fond – imwaqqaf fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji tal‑Migranti u r‑Refuġjati 2022 bit‑tema ‘Nibnu l‑Futur mal‑Migranti u r‑Refuġjati’ – biex tħeġġeġ inizjattivi ta’ kollaborazzjoni fi ħdan il‑komunità bejn iċ‑ċittadini u l‑migranti.

Kelliem qal li l‑fond twaqqaf b’reazzjoni għall‑messaġġ tal‑Papa Franġisku fiż‑żjara tiegħu f’Malta, fejn fakkar kif San Pawl intlaqa’ ‘bi ħlewwa liema bħala’… Kompli aqra »

“Ħadd ma jieħu gost jittallab, min jiġi għax vera għandu bżonn” – Fr Hilary

Il-Maltin jiġu għall-ikel, ir-refuġjati aktar għall-ħwejjeġ

Kulħadd qed iħossha ż-żieda fl-għoli tal-ħajja speċjalment fl-aħħar xhur bl-effetti tal-invażjoni Russa fuq l-Ukrajna.

Fid-dawl ta’ din ir-realtà soċjali li qed tinbidel b’rata mgħaġġla Newsbook.com.mt ħass il-bżonn li jitkellem ma’ Fr Hilary Tagliaferro li jmexxi l-Millenium Chapel u d-diversi servizzi li din toffri fosthom il-WOW – Wishing Others Well.

Fr Hilary spjega li din l-inizjattiva ta’ bank tal-ikel u tal-ħwejjeġ bdiet sa mill-bidu tal-ftuħ tal-Millenium Chapel fis-sena elfejn… Kompli aqra »

Nitolbu biex qatt ma nwebbsu qalbna għal xulxin – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum Dinji tal-Migranti u r-Rifuġjati 2022

  Il-Kappella tal-Kunċizzjoni, il-Baħrija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-parabbola li għadna kemm smajna, Ġesù jgħidha lill-Fariżej, jgħidha lill-kapijiet, imma aħna nistgħu nifhmu li l-messaġġ tiegħu jgħodd għal kull wieħed u waħda minna.

Xi jrid jgħid Ġesù b’din il-parabbola li fiha jsemmi żewġ persuni; wieħed għandu isem li għal Ġesù kien għażiż ħafna għax jgħid li l-fqir kien jismu Lazzru (Lq 16:20). Issa aħna nafu li wieħed mill-ħbieb il-kbar ta’ Ġesù kien jismu Lazzru wkoll u nistgħu nifhmu li l-għażla li Ġesù jagħmel f’din l-istorja li jirrakkonta, lill-fqir jagħtih l-isem ta’ wieħed mill-ħbieb il-kbar tiegħi… Kompli aqra »

Aktar minn 12-il kors offrut mill-PFI fl-ewwel semestru 2022/23

Fl‑ewwel semestru tas‑sena akkademika li se tibda f’Ottubru li ġej, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali se joffri aktar minn 12‑il kors li se jiġu offruti b’modi differenti: personalment, hybrid u online. Il‑korsijiet huma:

  • Benedictine Spirituality Today: introduzzjoni dwar il‑ħajja, it‑tagħlim u l‑kitbiet ta’ San Benedittu ta’ Nocia. Dan il‑kors se jkun mifrux fuq disa’ ġimgħat.
  • Safeguarding Children and Vulnerable Adults: kors indirizzat għal kull min hu f’kuntatt ma’ tfal jew adulti vulnerabbli jew jamministra d‑dettalji tagħhom…
  • Kompli aqra »

“Sibu l-aħjar avukati biex tipproteġu l-ħajja” – Life Network lill-Gvern

L-NGO Life Network qed tappella lill-Gvern Malti biex ifittex is-servizzi tal-aħjar avukati fil-pajjiż biex jipproteġu l-ħajja fil-każ kostituzzjonali li fetħet il-mara Amerikana li t-talba tagħha biex tiġi tterminata t-tqala mhux vijabbli tagħha ġiet rifjutata.

Andrea Prudente u l-partner tagħha Jay kienu fuq btala f’Malta aktar kmieni din is-sena. Prudente kienet 16-il ġimgħa tqila meta bdiet tara d-demm waqt li kienet fuq btala f’Malta… Kompli aqra »

Pjan ta’ kontinġenza għall-Kulleġġ San Albert il-Kbir

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed tħejji pjan ta’ kontinġenza biex tilqa’ fl‑istrutturi edukattivi tagħha l‑istudenti u l‑istaff tal‑Kulleġġ San Albert il‑Kbir jekk l‑iskola ma tkunx f’pożizzjoni li tiffunzjona fil‑bidu tas‑sena skolastika 2022/23.

L‑Arċidjoċesi, permezz tas‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Kattolika, ilha għal diversi ġimgħat involuta b’mod attiv f’taħditiet sabiex tiġi identifikata t‑triq ’il quddiem għall‑partijiet kollha, wara d‑deċiżjoni tal‑Ordni Dumnikan — li hu responsabbli mill-kulleġġ — li jkeċċi l‑eks surmast tal‑iskola… Kompli aqra »

Id-Dar tal-Providenza tagħlaq 57 sena servizz fis-soċjetà Maltija

L-Isqof Emeritus ta’ Garissa fil-Kenja, Mons. Joseph Alessandro qal li d-Dar tal-Providenza hija eżempju ċar ta’ kif Alla fil-providenza tiegħu jinqeda bil-bnedmin u jagħti ħafna opportunitajiet biex jagħmlu l-ġid lil ħaddieħor. Huwa qal dan waqt l-omelija tiegħu fiż-żjara li għamel fid-Dar tal-Providenza t-Tnejn, 19 ta’ Settembru 2022.

L-Isqof żar din id-dar fl-okkażjoni tal- 57 anniversarju mit‑twaqqif tad‑Dar u l‑beatifikazzjoni tal‑Papa Ġwanni Pawlu I, li Villa Papa Luciani ġġib kunjomu… Kompli aqra »

Isma’ leħen il-ħolqien – Vjaġġ ma’ Hildegard ta’ Bingen

Niċċelebraw l-Istaġun tal-Ħolqien 2022

Fl-okkażjoni tal-Istaġun tal-Ħolqien, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi se jorganizzaw seminar dwar il-ħajja ta’ Santa Hildegard ta’ Bingen u l-kontribut li tagħha fl-iżvilupp tal-ispiritwalità ekoloġika.

Matul dan is-seminar se jkun hemm ukoll workshops fejn iil-parteċipanti jkunu jistgħu jifhmu iktar fid-dettall ftit mill-kontribut li tat dn il-qaddisa u jesploraw il-kitba, il-mużika, l-arti ta’ Santa Hildegard stess, kif ukoll il-ħidma tagħha fil-qasam tal-mediċina naturali… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Kunu kreattivi biex tfittxu dejjem soluzzjonijiet tajbin

Pope Francis calls on the faithful to use creativity, prudence, and even cleverness, in living out the Gospel in our daily lives, and to be generous in using the goods of this world for those who need them most, showing fraternal love and social fellowship.

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Il-parabbola li jippreżentalna l-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (cfr Lq 16, 1.13) tidher li hi ftit diffiċli biex tinftiehem.  Ġesù jirrakkonta storja ta’ korruzzjoni: amministratur diżonest, li jisraq, imbagħad meta sidu jsir jaf, jaħdem b’moħħu biex joħroġ mis-sitwazzjoni.  Nistaqsu lilna nfusna: fiex jikkonsisti dal-ħażen tal-moħħ – min qed jużaħ hu korrott -, u xi jrid jgħidilna Ġesù? … Kompli aqra »

Fondazzjoni Sebħ tniedi proġett ta’ aftercare

Appell għall-għajnuna

Yvonne Mallia, id-direttur ta’ Fondazzjoni Sebħ, tindirizza l-konferenza

Waqt konferenza li saret din il-ġimgħa, Fondazzjoni Sebħ nediet servizz ta’ aftercare li se jkun offrut lil dawk in-nisa u wliedhom li jkunu soffrew vjolenza domestika u għamlu żmien jgħixu fix-xelter ‘Il-Milja’ kif ukoll lil żgħażagħ li kienu joqogħdu fid-djar tat-tfal. Dan is-servizz, li tant kien ilu jinħass il-bżonn tiegħu, hu meqjus bħala pont importanti biex jipprepara lil dawn il-persuni għal indipendenza totali… Kompli aqra »