L-Aħbarijiet

Aħna naraw li nagħmlu l-ġid biss u d-deni nħalluh – Mons. Calleja

Wara li tħabbret il-mewt ta’ Mons. Philip Calleja, fl-età ta’ 93 sena, li ddedika ħajtu għall-emigranti u r-refuġjati, Newsbook.com.mt tkellem maż-żewġ suċċessuri tiegħu b’rabta mat-tmexxija ta’ Kummissjoni Migranti.

Mons. Alfred Vella, li kien sar Direttur tal-Kummissjoni fl-2003, wara Mons. Calleja, qal li hu se jibqa’ jiftakru bħala “persuna perseveranti li tgħin akkost ta’ kollox, anke jekk se jidher antipatku.” Qal li huma ħadmu tajjeb flimkien għal madwar 18-il sena meta Mons… Kompli aqra »

Live: L-aħħar tislima lil Mons. Philip Calleja – 19 ta’ Awwissu, 3pm

  Il-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Pellegrinaġġ bil-muturi mill-Imġarr għal Ħad-Dingli fil-festa ta’ Santa Marija

Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jistiednu lis-sewwieqa tal-muturi biex nhar it-Tnejn, 15 ta’ Awwissu 2022, jieħdu sehem f’pellegrinaġġ bil-mutur tagħhom mill-Imġarr għal Ħad-Dingli.

L-inizjattiva qed tittieħed għall-ħames darba minn żewġ parroċċi dedikati lil Marija Assunta fil-jum tal-festa solenni tagħha li jkun ukoll jum ta’ btala pubblika.  

Is-sewwieqa tal-muturi huma mistiedna jinġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr fid-9:30am.  Il-pellegrinaġġ jibda fl-10a.m.  Mal-wasla f’Ħad-Dingli, ħdejn il-Knisja Arċipretali jsir it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa jingħataw tifkira.  Is-sewwieqa jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-quddiesa fil-Knisja ta’ Ħad-Dingli li tibda fil-11am… Kompli aqra »

Imħabbar investiment ta’ €1.7 miljun f’xogħlijiet ta’ restawr fil-Knisja u l-Kulleġġ tal-Ġiżwiti

F’għeluq is-sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar investiment ta’ €1.7 miljun f’xogħlijiet ta’ restawr fil-Knisja u l-Kulleġġ tal-Ġiżwiti li se jiżdiedu mat-€2.8 miljun li diġà ġew investiti mill-2015 sal-lum, sabiex din il-ġawhra patrimonjali tirritorna għall-istat glorjuż tagħha u tkompli titgawda mill-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Il-Knisja kienet inbniet bejn l-1593 u l-1609 mill-Ordni tal-Ġiżwiti u fiha xogħlijiet ta’ arti ta’ Mattia Preti, Giovanni Battista Caracciolo, Stefano Erardi u Alessio Erardi, fost oħrajn, u l-artal titulari huwa magħmul minn Filippo Paladini… Kompli aqra »

Kappillan jitpoġġa fuq administrative leave

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ġiet infurmata li l‑kappillan ta’ Marsaxlokk se jaffaċċja akkużi marbuta ma’ misapproprjazzjoni ta’ fondi u ħasil ta’ flus. 

Is‑saċerdot tpoġġa fuq administrative leave b’effett immedjat sakemm jibqgħu għaddejjin il‑proċeduri. 

Il‑parroċċa se tkun taħt it‑tmexxija ta’ amministratur maħtur mill‑Arċisqof Charles Scicluna. 

L‑Arċidjoċesi offriet il‑koperazzjoni sħiħa tagħha lill‑awtoritajiet u se tfittex li tistabbilixxi jekk il‑kappillan mexiex ma’ policies dwar donazzjonijiet li huma diġà stabbiliti… Kompli aqra »

Avviż

Matul Awwissu l-Kurja tal-Arċisqof se tkun magħluqa nhar ta’ Sibt. Għalhekk fl-20, u fis-27 t’Awwissu l-Kurja ma tiftaħx. Kompli aqra »

Filmat: F’Lourdes nara miraklu jseħħ fl-attitudnijiet tan-nies – tabib Malti

Il-Bureau tal-Mirakli f’Lourdes jiskatta proċess rigoruż meta jirċievi informazzjoni dwar miraklu

Il-President tal-Għaqda Maltija għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes (UMTAL) Joseph Debono qal li kemm ilu jżur Lourdes, dejjem ra mirakli jseħħu fl-attitudnijiet tan-nies, u li dan iħeġġu biex ikompli jżur dan ir-raħal Franċiż.

F’intervista f’Lourdes fl-aħħar jiem, it-tabib Malti, li huwa wkoll membru tal-Bureau tal-Mirakli f’Lourdes, sostna li bħala xjentist u Nisrani jemmen fil-kruċjalità tal-provi fil-proċess li bih jiġi kkonfermat miraklu mill-Madonna ta’ Lourdes.

“Biex ngħidu li sar miraklu, irridu nkunu konvinti aħna li sar miraklu u ma nistgħux nidħqu bin-nies,” stqarr Debono… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istaff tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir

L‑Arċisqof Charles Scicluna esprima t‑tama li fl‑iskejjel tal‑Knisja jiġu implimentati inizjattivi ta’ inklussività fi spirtu ta’ ftuħ u djalogu mal‑istakeholders kollha, partikolarment fl‑iskejjel li jaqgħu taħt it‑tmexxija diretta tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. 

Huwa qal dan waqt laqgħa li saret dalgħodu fil‑Kurja tal‑Arċisqof ma’ madwar 50 edukatur mill‑Kulleġġ San Albert il‑Kbir fil‑Belt Valletta, li jifforma parti u hu mmexxi mill‑Provinċja Dumnikana Maltija. L‑edukaturi kellhom l‑opportunità jsemmgħu leħinhom u jitkellmu mal‑Arċisqof Scicluna… Kompli aqra »

Ta’ ebda skandlu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Biex ma tkun ta’ ebda skandlu għalihom…” (Mt 17:27). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù, fl-Evanġelju, skont San Mattew lil Pietru meta jgħidlu jmur iħallas it-taxxa. Pietru kien iltaqa’ ma’ dawk li kienu qed jiġbru t-taxxa għat-tempju, u staqsewh jekk l-Imgħallem, jiġifieri Ġesù, kienx iħallas it-taxxa. U meta reġa’ lura d-dar, Ġesù lanqas ħallieh jistaqsih jew jitkellem fuq hekk, imma kellmu hu, Ġesù stess… Kompli aqra »