L-Aħbarijiet

Il-Papa waqt l-Angelus: Naraw u jkollna ħniena bħas-Samaritan it-Tajjeb

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-liturġija tal-lum jirrakkonta l-parabbola tas-Sammaritan it-Tajjeb (cfr Lq 10, 25-37); ikoll nafuha.  Fl-isfond hemm it-triq li minn Ġerusalemm tagħti għal Ġeriko, li fiha hemm raġel imsawwat sad-demm u li l-ħallelin serquh.  Saċerdot kien għaddej, jarah u ma jieqafx, ikompli triqtu’, l-stess jagħmel wieħed levita, jiġifieri bniedem responsabbli mill-kult fit-tempju.  “Iżda, Sammaritan – jgħidilna l-Evanġelju – li kien jivvjaġġa, meta wasal ħdejh, rah u ġietu ħniena minnu” (v… Kompli aqra »

Appell għal donazzjoni ta’ karozzi għal Fondazzjoni Sebħ

Fondazzjoni Sebħ qed tappella għal donazzjoni ta’ karozzi għat-trasport ta’ tfal u nisa li joqogħdu fix-xelters tagħha sabiex ikunu jistgħu jattendu attivitajiet extra kurrikulari, appuntamenti u jistgħu jagħmlu qadjiet oħrajn.

Din l-entità tal-Knisja bħalissa tmexxi erbat idjar residenzjali fil-Ħamrun, Ħaż-Żabbar u ż-Żurrieq għal tfal u żgħażagħ u toffrilhom ambjent sigur ta’ trobbija u ta’ mħabba. Fondazzjoni Sebħ tmexxi wkoll xelter tat-tieni stadju li jilqa’ nisa u lil uliedhom li esperjenzaw xi tip ta’ vjolenza, fosthom vjolenza domestika, traffikar tal‑bnedmin, prostituzzjoni sfurzata kif ukoll abort sfurzat… Kompli aqra »

Le għal ostakli ideoloġiċi u polarizzazzjoni ogħla, irridu naħdmu għal aktar għaqda fost l-Ewropej – COMECE

Stqarrija maħruġa mill-COMECE dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropej dwar l-abort

Fr Manuel Barrios Prieto (Photo: COMECE) In a statement released on today Friday 8 July 2022, Fr Manuel Barrios Prieto, General Secretary of the Commission of the Bishops’ Conferences of the European Union (COMECE), regrets the adoption of a new resolution on abortion by the European Parliament. 

According to Fr Barrios Prieto, the resolution – entitle “US Supreme Court decision to overturn abortion rights in the United States and the need to safeguard abortion rights and Women’s health in the EU” – paves the way for a deviation from universally recognised human rights and misrepresents the tragedy of abortion for mothers in difficulties… Kompli aqra »

L-Arċisqof Joseph Spiteri jinħatar Nunzju Appostoliku għall-Messiku

Il-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku, ħatar lill-Arċisqof Joseph Spiteri, Arċisqof Titulari ta’ Serta u preżentament Nunzju Appostoliku fil-Liban, bħala n-Nunzju Appostoliku l-ġdid għas-Santa Sede fil-Messiku.

Mons. Joseph Spiteri twieled Tas-Sliema fl-1959 u ġie ordnat saċerdot fl-1984. Wara l-istudji tiegħu fil-Liġi Kanonika, huwa ngħaqad mal-korp diplomatiku tas-Santa Sede, fejn ta servizz fil-Panama, l-Iraq, il-Messiku, il-Portugall, il-Greċja u l-Venezwela.

Fl-2009 Mons. Spieri ġie appuntat bħala l-Arċisqof Titulari ta’ Serta u Nunzju Appostoliku ta’ Sri Lanka… Kompli aqra »

Emendi IVF: “It-tbatija ma teliminahiex billi telimina l-ħajjiet” – Life Network

Ritratt: Vladimir Zuhovitsky  (Unsplash)

Il-Life Network Foundation, li hija għaqda mhux governattiva favur il-ħajja, qalet li t-tbatija ma teliminahiex billi telimina l-ħajjiet.

L-NGO qalet dan fuq Facebook b’referenza għall-emendi fil-liġi tal-IVF li jinkludu t-test ġenetiku li jsir fuq l-embrijun. Dan wara li l-Parlament approva it-tielet qari tal-abbozz ta’ liġi dwar l-IVF b’66 voti favur u 3 voti kontra.

L-NGO qalet li hawn ħafna nies li qed jgħixu tbatija kbira u “aħna rridu nkunu hemm għalihom u magħhom”… Kompli aqra »

Avviż

Bħalissa l-Uffiċċju taż-Żwiġijiet fil-Kurja tal-Arċisqof jinsab magħluq. Jerġa’ jiftaħ nhar it-Tnejn 11 ta’ Lulju 2022. Għal aktar tagħrif ibgħat fuq [email protected].

Infakkru wkoll li t-Tribunal tal-Ewwel Istanza bħalissa wkoll magħluq għall-pubbliku. Dan jerġa’ jiftaħ is-Sibt, 9 ta’ Lulju. It-Tribunal Reġjonali tal-Appell jibqa’ miftuħ fil-ġranet tiegħu. Kompli aqra »

Il-Papa se jaħtar nisa fid-Dekasteru tal-Isqfijiet

Pope Francis with Sister Raffaella Petrini, F.S.E., the Secretary General of the Governorate of the Vatican City State

Pope Francis has announced his intention to appoint two women to the Dicastery of Bishops, who will therefore be involved in the process of choosing new bishops.

The Pope made the remarks in an interview with Reuters Senior Correspondent Philip Pullella, in response to questions about the presence of women in the Vatican; the new Apostolic Constitution Praedicate evangelium, which reforms the Curia; and about which Dicasteries (Vatican offices) could be entrusted to a lay man or woman in the future… Kompli aqra »

Ktieb ġdid ta’ tagħrif u esperjenzi dwar Lourdes

Ktieb li juri li Lourdes mhux biss hu ġenna għall-Kattoliċi, iżda wkoll għal dawk li jħobbu l-istorja, il-kultura u n-natura

Għadu kemm ġie ppubblikat il-ktieb Pass, Pass f’Lourdes u fil-madwar – ġabra ta’ tagħrif u esperjenzi. Il-ktieb inkiteb u ġie ppubblikat minn Michael Caruana, li f’dawn l-aħħar 34 sena mexxa diversi gruppi ta’ Maltin u Għawdxin f’din il-belt Marjana.

Bejn l-2010 u l-2019 medja ta’ 6,412-il Malti u Għawdxi żaru Lourdes kull sena.

Dan il-ktieb għandu l-iskop li jqajjem mill-ġdid il-memorji sbieħ ta’ dawk li diġà żaru dan il-post fil-qalba tal-muntanji Pirinej; biex dawk li se jmorru Lourdes ikollhom f’idejhom it-tagħrif li tant jeħtieġu; u biex iħajjar oħrajn iżuru din il-belt Marjana mhux biss għall-kurżità jew biex jitolbu xi grazzja, inkella biex jirringrazzjaw lill-Madonna, iżda għax hemmhekk ukoll hu l-post tat-tluq għal ħafna attrazzjonijiet oħra fil-Lbiċ ta’ Franza… Kompli aqra »

Inawgurata l-ikona mirakuluża ta’ Sidtna Marija ta’ Damasku

  Il-Knisja Griega-Kattolika Sidtna Marija ta’ Damasku, il-Belt Valletta

L-ikona mirakuluża ta’ Sidtna Marija ta’ Damasku, li tmur lura għas-seklu 12, ġiet inawgurata nhar il-Ħamis, 30 ta’ Ġunju 2022, wara li sarilha xogħol ta’ restawr. L-inawgurazzjoni saret taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta Dr George Vella u l-Arċisqof Charles Scicluna fejn taw diskors qasir kull wieħed.

Waqt l-inawgurazzjoni tkellmu Papàs Martin Zammit, il-kappillan tal-komunità Griega Kattolika f’Malta u Mons. George Mifsud. Wara Dr Maria Grazia Zenzani għamlet preżentazzjoni li fiha spjegat il-fażijiet differenti tal-proċess tar-restawr… Kompli aqra »

Il-komunità tagħna, l-ispazju tagħna – jitkellmu ż-żgħażagħ

Konferenza ta' ġurnata mit-Team ta' Prevenzjoni fil-Komunità fi ħdan Fondazzjoni Sebħ

On 1st July, during a one-day conference, the Community Prevention Team within Fondazzjoni Sebħ concluded the project Our Community Our Space – Young People Speak Out. The project, financed by the Active Citizens Fund, was initiated in January 2021 and began with a study on stakeholders’ and residents’ perspective of safety within the communities of Ħamrun and Marsa. The project also included drama therapy sessions and Youth Platform meetings that offered a safe space for the young people to explore and discuss themes of safety in the community and the re-imagination of community spaces and how public space can truly become an inclusive, safe space for all… Kompli aqra »