L-Aħbarijiet

Ħsibijiet mill-Għid sa Pentekoste – Is-Seba’ Ħadd

Riflessjoni mill-Isqof Joseph Galea-Curmi għas-Seba’ Ħadd tal-Għid 2022

Evanġelju: Lq 24:46-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhud ta’ dan. U jiena, araw, nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed Missieri. Imma intom ibqgħu fil-belt, sa ma Alla jkun libbiskom bil-qawwa tiegħu”… Kompli aqra »

Life Network: Il-bidliet proposti fil-Liġi tal-IVF ma jiżgurawx trabi b’saħħithom

Stqarrija minn Life Network Malta

Il‑bidliet proposti mill‑Gvern biex idaħħal l‑għażla tal‑embrijun fil‑proċedura tal‑IVF mhi xejn inqas minn ewġenika, għax dawn it‑tipi ta’ metodi ma jwelldux “tarbija b’saħħitha” imma jipprovdu għodda li tippermetti l‑għażla ta’ liema tarbija tgħix u liema tarbija tiġi ffriżata għal dejjem.

Kull embrijun krejat permezz ta’ ċ-ċiklu IVF huwa persuna umana distinta. Skont il‑proċedura proposta, kull embrijun se jkun ittestjat għall-possibiltà ta’ monogenic disordersKompli aqra »

Forsaken – wirja t’arti ispirata mill-poeżija

  Caritas Community Centre, il-Ħamrun

Wara sentejn Caritas Malta se ttella’ wirja ta’ arti ispirata mill-poeżija ta’ Michael Boffa. Matul il-wirja se jitnieda wkoll il-ktieb tal-poeżiji Forsaken, li jġorr l-istess isem tal-wirja u li jinkludi x-xogħlijiet artistiċi abbinati mal-poeżiji ta’ Boffa.

Il-poeżiji ta’ Boffa nkitbu f’mumenti diffiċli li kien għaddej minnhom u jirriflettu l-emozzjonijiet li kien qed iħoss f’dak iż-żmien. Dawn il-poeżiji, 30 b’kollox, ingħaddew f’idejn 10 artisti u kull poeżija ġiet interpretata f’xogħol ispirat mill-istess poeżija… Kompli aqra »

L-ewwel kumpless tal-Hospice f’Malta kważi lest

Ix-xogħlijiet fuq l-ewwel kumpless tal-Hospice għal servizzi ta’ kura paljattiva huma kważi lesti u l-proġett mistenni jibda jopera bis-sħiħ sal-aħħar tal-2023. Il-Bord tal-Gvernaturi u l-Kap Eżekuttiv tal-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp u Soċjali (NDSF) żaru l-bini u raw ix-xogħlijiet estensivi li tlestew matul l-aħħar xhur.

Il-kumpless ta’ 11,000 metru kwadru, li jinsab fl-ex Adelaide Cini Institute f’Santa Venera, kien proprjetà tal-Knisja u ngħadda formalment lil Hospice Malta fl-2019Kompli aqra »

Taħdita Pubblika: The world is a sea – Catholics and the Mediterranean during the pontificate of Pius XII

Taħdita pubblika u seminar organizzati mill-Arċidjoċesi u l-Università ta' Malta

The Malta Diocesan Archives will be holding a public lecture entitled “The Holy See and its international relations during the pontificate of Pius XII” to commemorate the opening of the Diocesan Archive relative to the pontificate of Pope Pius XII (1939-1958) and the episcopate of Archbishop Michael Gonzi. 

The guest speaker is Rev. Prof. Roberto Regoli, professor at the Pontifical Gregorian University in Rome… Kompli aqra »

Filmat: Dar ġdida għall-persuni u l-familji vulnerabbli

L-Azzjoni Kattolika Maltija inawgurat ir-residenza Dar Regina Pacis f’Ħal Balzan li se tkun qed toffri akkomodazzjoni lill-persuni u l-familji vulnerabbli.

Nhar il-Ħadd li għadda, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi bierek din id-dar u tkellem fuq l-importanza li servizz bħal dawn ikunu offruti f’Malta u l-irwol tal-Knisja fil-ħidma soċjali fost l-aktar membri vulnerabbli tas-soċjetà.

Din id-dar se titmexxa mis-Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) fi ħdan l-Azzjoni Kattolika Maltija u se tkun qed tilqa’ l-persuni li għal raġunijiet varji ma jkunux jistgħu jgħixu b’mod indipendenti fil-komunità… Kompli aqra »

Jitnieda l-ktieb ‘Naqqaxtek fuq il-pali ta’ jdejja’

Il-ktieb Naqqaxtek fuq il-pali ta’ jdejja tnieda minn Drachma Parents, li hi għaqda ta’ sapport għal ġenituri b’ulied LGBTI+, nhar it-Tlieta, 17 ta’ Mejju 2022, fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija, Bifobija u Transfobija. Isem il-ktieb hu meħud mill-ktieb tal-Profeta Iżaija (Iż. 49:16) għax il-membri ta’ Drachma Parents jemmnu li dan hu l-kliem li Alla jgħid lil kull wieħed u waħda minna b’mod intimu u personali, għax Alla ma jagħmilx distinzjoni bejn razez jew orjentazzjonijiet sesswali differenti… Kompli aqra »