L-Aħbarijiet

Eluf għall-quddiesa mal-Papa Franġisku fuq il-Fosos

Ġimagħtejn mill-vjaġġ appostoliku tal-Papa f'Malta

Il‑Kumitat Organizzattiv Djoċesan għaż‑żjara tal‑Papa qed jippubblika impressjoni artistika tat‑tribuna li se tinbena fuq il‑Fosos u li minnha l‑Papa Franġisku se jiċċelebra l‑quddiesa tal‑Ħadd, 3 ta’ April 2022, fl‑10:15am. Din ġiet iddisinjata mid‑direttur artistiku Carlo Schembri bil‑kollaborazzjoni tal‑Perit Joe Bondin li qed jieħu ħsieb l‑istruttura tagħha u s-Sur Anton Attard li qed jieħu ħsieb il-loġistika.

Id‑disinn tat‑tribuna hu ispirat mill‑forma tal‑kurċifiss, biċ‑ċirku u r‑raġġi ħerġin minnu jirrappreżentaw l‑Ewkaristija… Kompli aqra »

Riflessjonijiet għar-Randan 2022 – It-Tielet Ħadd

Riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna għat-Tielet Ħadd tar-Randan 2022

Evanġelju: Lq 13:1-9

F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’ Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm? … Kompli aqra »

Għajnuna finanzjarja għall-proġett New Hope ta’ Caritas

  San Blas, is-Siġġiewi

Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal issiġilla ftehim ieħor mal-Fondazzjoni Caritas, bi ftehim li jlaħħaq l-€4.2 miljun. Dan l-investiment se jkun qed iwassal biex jitmexxa l-proġett New Hope, li jgħin persuni jegħlbu diffikultajiet b’rabta mal-użu tad-droga.

Il-proġett New Hope se jkun qed jipprovdi programmi ta’ rijabilitazzjoni, għall-irġiel u n-nisa rispettivament f’San Blas. Dan il-ftehim mifrux fuq medda ta’ tliet snin, hu mħejji biex jagħti sapport lill-klijenti u sens ta’ empowerment, li jwassalhom biex jerġgħu jintegraw lura fis-soċjetà… Kompli aqra »

Live: Quddiesa fil-50 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tal-1972

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għada, 19 ta’ Marzu 2022, 22 saċerdot, djoċesani u reliġjużi, se jfakkru l-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tagħhom mill-Arċisqof Mikiel Gonzi. Il-quddiesa se titmexxa mill-Isqof Vincent Costa, li hu l-Isqof ta’ Jundiaí fil-Brażil, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fis-5.45pm. Fost dawn is-saċerdoti, hemm uħud li qed jaħdmu fil-Brażil, l-Awstralja u l-Ġermanja. Tliet saċerdoti ħallew din id-dinja għall-ħajja ta’ dejjem.

Dawn is-saċerdoti jaħdmu bħala għalliema, kappillani u viċijiet fil-parroċċi u fid-djar tal-anzjani, f’ħidma djoċesana u anke fil-Vatikan, inkluża wkoll il-ħidma ta’ isqof fil-Brażil… Kompli aqra »

Studenti tas-sekondarja mill-Kulleġġ San Alwiġi b’attività f’solidarjetà mal-vittmi tal-gwerra fl-Ukrajna

  Il-Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara

On Monday 14th March 2022, the St Aloysius College Secondary School community of students and members of staff participated in a special community activity, as an expression of solidarity and support for those struggling as a result of the war in Ukraine. The activity took place in the Secondary School/Sports Complex Grounds.

Following a student march-past featuring the Ukrainian flag and music, the Secondary School’s educational community gathered in the sports grounds to physically form the Ukraine national flag and a symbolic heart… Kompli aqra »

Ilkoll Aħwa: Il-familja f’soċjetà tinbidel

It-tielet laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir il-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu bit-tema ‘Il-familja f’soċjetà tinbidel’ u se titmexxa minn Jesmond Schembri. It-taħdita tibda billi tingħata ħarsa lejn statistika li titfa’ dawl dwar il-qagħda tal-familja Maltija llum u wara jingħata ċans għal riflessjonijiet. Dan kollu hu maħsub li jservi bħala introduzzjoni għal temi marbuta mal-familja li tkellem dwarhom il-Papa Franġisku, speċjalment fid-dokument Amoris Laetitia

Il-Papa jsostni li l-attitudni ġenerali li biha għandu jinftiehem dan id-dokument hu dak li nħarsu lejn il-familja b’mod ġdid, mimli kompassjoni… Kompli aqra »

Il-President jiltaqa’ mar-residenti li qed isegwu l-Prison Inmates Programme ta’ Caritas Malta

Il-President George Vella ma’ Anthony Gatt, id-Direttur ta’ Caritas Malta (Ritratt: DOI)

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella ltaqgħu ma’ 11-il resident li bħalissa qed isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga tal-Caritas – il-Prison Inmates Programme – barra mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fit-12 ta’ Marzu 2022.

Uħud mir-residenti qasmu mal-President u mas-Sinjura Vella l-esperjenzi u d-diffikultajiet li affaċċjaw minħabba l-problema tad-droga, li kawża tagħha xellfu difrejhom mal-ġustizzja… Kompli aqra »

Il-quddiesa mill-Papa Franġisku fuq il-Fosos

Illum f’nofsinhar titftaħ ir-reġistrazzjoni għal kull min jixtieq jirriserva post bilqiegħda għall-quddiesa ċċelebrata mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Il-quddiesa li hija miftuħa għal kulħadd se ssir nhar il-Ħadd, 3 ta’ April 2022, fuq il-Fosos tal-Furjana u tibda fl-10:15am. Min ser jattendi għandu jkun hemm kmieni. Ir-reġistrazzjoni għal dawk li jixtiequ jirriservaw siġġu hi aċċessibli fuq papafrangisku.mt/quddiesa sal-Ħadd, 27 ta’ Marzu.

Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir kemm għal individwu kif ukoll f’isem familja jew grupp… Kompli aqra »

Riflessjonijiet għar-Randan 2022 – It-Tieni Ħadd

Riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna għat-Tieni Ħadd tar-Randan 2022

Evanġelju: Lq 9:28b-36

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex.

U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm… Kompli aqra »