L-Aħbarijiet

Sett ta’ statwi tal-appostli lill-kappella tal-ħabs

L-Arċidjoċesi ta’ Malta se tagħti b’self sitt statwi tal-kartapesta indurati lill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex jintramaw fuq l-artal maġġur tal-kappella tal-ħabs. 

Dawn l-istatwi, magħrufa bħala ‘Apostolato’, huma proprjetà tal-Knisja ta’ San Nikola (Tal-Erwieħ) tal-Belt Valletta. Storikament amministrata mis-Sodalità tal-Erwieħ tal-Purgatorju, fl-aħħar snin din il-knisja reġgħet għaddiet f’idejn il-Parroċċa Griega Kattolika li lilha taf il-fundazzjoni tagħha. Bi ftehim mal-Arċidjoċesi ta’ Malta, illum il-knisja qed taqdi il-bżonnijiet tal-komunità Griega Ortodossa… Kompli aqra »

The Creative Voice that Does Not Shake

Imnedija pubblikazzjoni miktuba minn persuni li esperjenzaw vjolenza domestika

  Il-Milja, Fondazzjoni Sebħ

The Creative Voice that does not Shake, pubblikazzjoni minn nisa li għaddew minn esperjenza ta’ abbuż u li jgħixu fil-Milja, Fondazzjoni Sebħ, tnediet fit-8 ta’ Marzu fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara. Permezz ta’ din il-pubblikazzjoni n-nisa ngħataw spazju biex jesprimu lilhom infushom permezz ta’ mezzi kreattivi bħall-arti, poeżiji, kitba u talb. Il-ktejjeb ta l-opportunità lil dawn in-nisa joħolqu għarfien dwar abbuż u vjolenza li għadha teżisti sal-lum minkejja li sar progress fil-ħajja tan-nisa madwar id-dinja… Kompli aqra »

Avviż

Għada, il-Ġimgha, 11 ta’ Marzu 2022, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet; u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ is-Sibt, 12 ta’ Marzu 2022. Kompli aqra »

Ilkoll Aħwa – Iż-żgħażagħ: tama għall-futur

  Il-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema

It-tieni laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Marzu u għandha t-tema ‘Iż-żgħażagħ: tama għall-futur’ u se titmexxa minn Anthony Mifsud.

‘Alla hu żagħżugħ!’ Din il-frażi mill-Papa Franġisku turi l-viżjoni tiegħu. L-attributi żagħżugħa taż-żgħażagħ f’Alla, u bħala rigal minn Alla. Din is-sejħa għat-tama hi attribut li l-adulti m’għandhomx jitilfu hekk kif jgħaddu għal stadji oħra fil-ħajja.

Il-Papa nnifsu jpoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li jisma’ x’għandhom xi jgħidu ż-żgħażagħ, u x’qed jgħid Alla fl-esperjenza tagħhom… Kompli aqra »

Jingħata bidu għar-Randan 2022 b’kartolini ta’ solidarjetà mat-tfal fl-Ukrajna

Ġest mill-istudenti tal-Iskola Sekondarja, il-Kulleġġ Sta Margerita Verdala

  L-Iskola Sekondarja, il-Kulleġġ Sta Margerita Verdala, Bormla

On 3rd and 4th March 2022, a group of Form 4 (year 10) Religious Education students at St Margaret College Secondary School Verdala, celebrated the beginning of Holy Lent by committing themselves to think more of people in Ukraine in their daily prayers. Senior teacher Martin Azzopardi sdc invited his students to reflect upon Pope Francis’ message for Holy Ash Wednesday.

On Ash Wednesday, Pope Francis said that the Lenten season provides an opportunity for conversion and interior renewal… Kompli aqra »

Live: Quddiesa għall-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta – 9 ta’ Marzu 2022, 6:30pm

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Illejla, 9 ta’ Marzu 2022, l‑Isqof Joseph Galea-Curmi jiċċelebra quddiesa mal‑gradwati l‑ġodda tal‑Università ta’ Malta, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis-6:30pm.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

Live: Quddiesa għall-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta – 8 ta’ Marzu 2022, 6:30pm

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Illejla, l‑Arċisqof Charles Scicluna jiċċelebra quddiesa mal‑gradwati l‑ġodda tal‑Università ta’ Malta, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis-6:30pm.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

Life in Tandem: Keeping up with Grace

Ktieb dwar San Ġorġ Preca minn Prof. Edward G. Farrugia SJ

Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija MUSEUM ippubblikat il-ktieb Life in Tandem: Keeping up with Grace ta’ Prof. Edward G. Farrugia SJ, maħruġ minn Pubblikazzjonijiet Preca. Il-ktieb fih esperjenzi u riflessjonijiet tal-awtur dwar San Ġorġ Preca u jinsab għall-bejgħ minn Librerija Preca għall-prezz ta’ €10.

Riċensjoni minn Patri Paul Chetcuti sj

Jiena u naqra l-ktieb ta’ Patri Edward ħassejtni msaħħar bħallikieku qed nara wirja ta’ logħob tan-nar ta’ festa Maltija… Kompli aqra »

Riflessjonijiet għar-Randan 2022 – L-Ewwel Ħadd

Riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna għall-Ewwel Ħadd tar-Randan 2022

Evanġelju: Lq 4:1-13

F’dak iż-żmien, Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, raġa’ lura mill-Ġordan u l-Ispirtu ħadu fid-deżert. Hemm għal erbgħin jum Ġesù kien imġarrab mix-Xitan. Matul dawk il-jiem ma kiel xejn; u mbagħad, meta għaddew dawk il-jiem, ħadu l-ġuħ. U x-Xitan qallu: “Jekk inti Bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobż”. Wieġbu Ġesù: “Hemm miktub: Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix”… Kompli aqra »

Ilkoll Aħwa: Inħarsu l-Ambjent

  Is-Sala Parrokkjali tal-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena, Birkirkara

L-ewwel laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir illejla bit-tema ‘Inħarsu l-Ambjent’ u se titmexxa minn Patri Mark Ciantar, OFM.

Il-Papa Franġisku se jibqa’ magħruf fl-istorja bħala l-ewwel Ragħaj tal-Knisja Kattolika li ppublika enċiklika kollha kemm hi fuq ‘l-għożża tad-dar komuni’ tagħna, kif isejħilha hu stess. Għalkemm il-Papa jistqarr li mhux minn dejjem kellu daqshekk kuxjenza ambjentali, illum it-tagħlim tiegħu hu ta’ ispirazzjoni għal ħafna li huma impenjati biex tiġi evitata katastrofi globali… Kompli aqra »