L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Settembru

Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri – Tifkira
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 5:7-9
Salm: 30, 2-6; 15-16.20

L-Evanġelju: Ġw 19:25-27 (jew Lq 2:33-35)

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù, ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Settembru

L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Numri 21:4b-9 jew Fil 2:6-11
Salm: 77, 1-2, 34-38

L-Evanġelju: Ġw 3:13-17

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: «Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. U kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 2, 1-8
Salm: 27 (28), 2.7.8-9

L-Evanġelju: Lq 7, 1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù, 1meta spiċċa jgħid lin-nies kulma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum. U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u wasal fl-aħħar. Iċ-ċenturjun sama’ b’Ġesù u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej. Dawk marru quddiem Ġesù u bdew jitolbuh b’ħerqa kbira u jgħidulu: “Jixraqlu li tagħmillu dan, għax hu jgħożż il-ġens tagħna, u kien hu li bnielna s-sinagoga”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Settembru

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 50:5-9a
Salm: 114(116):1-2,3-4,5-6,8-9
It-Tieni Qari: Ġak 2:14-18

L-Evanġelju: Mk 8:27-35

F’dak iż-żmien, telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta’ Ċesarija ta’ Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: “Min jgħidu n-nies li jien?”. Weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 1, 15-17
Salm: 112 (113), 1-2.3-4.5a u 6-7

L-Evanġelju: Lq 6, 43-49

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb. Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf. Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-għolliq. Il-bniedem tajjeb mit-teżor tajjeb ta’ qalbu joħroġ it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin tiegħu joħroġ il-ħażin, għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 1, 1-2.12-14
Salm: 15 (16), 1-2a u 15. 7-8.11

L-Evanġelju: Lq 6, 39-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu. Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 3, 12-17
Salm: 150, 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Lq 6, 27-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Settembru

It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mikea 5: 1-4a
Salm: 12: 6
It-Tieni Qari: Rum 8: 28-30

L-Evanġelju: Mt 1: 1-16. 18-23

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, Bin David, bin Abraham. Abraham nissel ’l Iżakk, Iżakk nissel ’il Ġakobb, Ġakobb nissel ’il Ġuda u ’l ħutu, Ġuda nissel ’l Aram, Aram nissel ’il Għaminadab, Għaminadab nissel ’il Naħson, Naħson nissel ’il Salmon, Salmon nissel ’il Bogħoż, minn Raħab, Bogħoż nissel ’il Għobed, minn Rut, Għobed nissel ’il Ġesse… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 2, 6-15
Salm: 144 (145), 1-2.8-9.10-11

L-Evanġelju: Lq 6, 12-19

Mela darba fost l-oħrajn Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 1, 24 – 2, 3
Salm: 61 (62), 6-7.9

L-Evanġelju: Lq 6, 6-11

F’jum is-Sibt Ġesù daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. Kien hemm raġel li kellu idu l-leminija niexfa. Il-kittieba u l-Fariżej kienu moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt, ħalli b’hekk isibu fuqiex jixluh.

Iżda hu għaraf ħsibijiethom, u qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, u oħroġ fin-nofs!”… Kompli aqra »