L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ottubru

  • L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral ta’ Malta – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Slat 8, 22-23. 27-30
    Salm: 83, 3-5, 10-11

    L-Evanġelju: Lq 19, 1-10

  • F’dak iż-żmien: Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triqat tagħha. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba fil-folla, billi kien raġel qasir…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Ottubru

  • L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġona 1,1 – 2, 1.11
    Salm: Ġona 2, 2.3.4.5.8

    L-Evanġelju: Lq 10, 25-37

  • F’dak iż-żmien, iqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrab lil Ġesù staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”. Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?”. U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Ottubru

  • Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ħab 1, 2-3; 2, 2-4
    Salm: 94 (95), 1-2.6-7.8-9
    It-Tieni Qari: 2 Tim 1, 6-8. 13-14

    L-Evanġelju: Lq 17, 5-10

  • F’dak iż-żmien, l-appostli qalu lill-Mulej: “Kattar fina l-fidi!”. Weġibhom il-Mulej: “Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra tat-tut: “Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar”, u hi kienet tisma’ minnkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Bar 4, 5-12.27-29
    Salm: 68 (69), 33-35.36-37

    L-Evanġelju: Lq 10, 17-24

  • F’dak iż-żmien, it-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: “Mulej, ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f’ismek”. U hu qalilhom: “Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa’ bħal berqa mis-sema. Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa tal-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Bar 1, 15-22
    Salm: 78 (79), 1-2.3-5.8.9

    L-Evanġelju: Lq 10, 13-16

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied. Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Neħ 8, 1-4a. 5-6. 7b-12
    Salm: 18 (19), 8.9.10.11

    L-Evanġelju: Lq 10, 1-12

  • F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ottubru

  • L-Anġli Kustodji Mqaddsa 
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 23, 20-23a
    Salm: 90, 1-6.10-11

    L-Evanġelju: Mt 18, 1-5.10

  • F’dak iż-żmien: Resqu d-dixxpli lejn Ġesù u staqsewh: “Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, u qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Żak 8, 20-23
    Salm: 86 (87), 1-3.4-5.6-7

    L-Evanġelju: Lq 9, 51-56

  • Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, Ġesù b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Żak 8, 1-8
    Salm: 101 (102), 16-18.19-21.29 u 22-23

    L-Evanġelju: Lq 9, 46-50

  • F’dak iż-żmien, qamet kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Settembru

  • Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Għam 6, 1a. 4-7
    Salm: 145 (146), 7.8-9a.9bċ-10
    It-Tieni Qari: 1 Tim 6, 11-16

    L-Evanġelju: Lq 16, 19-31

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-fariżej: “Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar…

  • Kompli aqra »