L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Imħ 2, 11-19
    Salm: 105 (106), 34-35.36-37.39-40.43ab u 44

    L-Evanġelju: Mt 19, 16-22

  • F’dak iż-żmien, resaq wieħed fuq Ġesù u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”. U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Awwissu

  • L-Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 38, 4-6. 8-10
    Salm: 39 (40), 2.3.4.18
    It-Tieni Qari: Lhud 12, 1-4

    L-Evanġelju: Lq 12, 49-53

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġożwè 24, 14-29
    Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.11

    L-Evanġelju: Mt 19, 13-15

  • F’dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom.

    U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġożwè 24, 1-13
    Salm: 135 (136), 1-3.16-18.21-22 u 24

    L-Evanġelju: Mt 19, 3-12

  • F’dak iż-żmien, resqu fuq Ġesù xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?”. Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal: “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Awwissu

  • L-Imqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema – Solennita’
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 11, 19a; 12, 1-6a. 10ab
    Salm: 44, 10bċ.11-12ab.16
    It-Tieni Qari: 1 Kor 15, 20-26

    L-Evanġelju: Lq 1, 39-56

  • F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dewt 34, 1-12
    Salm: 65 (66), 1-3a.5 u 16-17

    L-Evanġelju: Mt 18, 15-20

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kulma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dewt 31, 1-8
    Salm: Dewt 32, 3-4a.7.8.9 u 12

    L-Evanġelju: Mt 18, 1-5.10.12-14

  • F’dak il-waqt resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: “Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?”. Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom u qalilhom: “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dewt 10, 12-22
    Salm: 147, 12-13.14-15.19-20

    L-Evanġelju: Mt 17, 22-27

  • F’dak iż-żmien, meta kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum”. U huma sewdu qalbhom ħafna. Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ Awwissu

  • Id-Dsatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Għerf 18, 6-9
    Salm: 32 (33), 1 u 12. 18-19. 20 u 22
    It-Tieni Qari: Lhud 11, 1-2.8-19

    L-Evanġelju: Lq 12, 32-48

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Le, merħla ċkejkna, tibżgħu xejn, għax Missierkom għoġbu jagħtikom is-Saltna! Bigħu ġidkom u agħtuh karità u fittxu għalikom infuskom boroż li ma jitmermrux, teżor li ma jiġix nieqes fis-sema, fejn la l-ħalliel ma jersaq u lanqas il-kamla ma tħassar…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Awwissu

  • San Lawrenz, Djaknu u Martri – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 9, 6-10
    Salm: 111, 1-2.5-9

    L-Evanġelju: Ġw 12, 24-26

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.

    Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja jżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem…

  • Kompli aqra »