L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 11, 18.21b-30
    Salm: 33 (34), 2-3.4-5.6-7

    L-Evanġelju: Mt 6, 19-23

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 11, 1-11
    Salm: 110 (111), 1-2.3-4.7-8

    L-Evanġelju: Mt 6, 7-15

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu hekk:

    Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 9, 6-11
    Salm: 111 (112), 1-2. 3-4. 9

    L-Evanġelju: Mt 6, 1-6.16-18

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

    Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 8, 1-9
    Salm: 145 (146), 1b-2. 5-6.7.8-9a

    L-Evanġelju: Mt 5, 43-48

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek’. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 6, 1-10
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

    L-Evanġelju: Mt 5, 38-42

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna”. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ Ġunju

  • It-Trinita’ Qaddisa – Solennita’ Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Prov 8, 22-31
    Salm: 8, 4-5.6-7.8-9
    It-Tieni Qari: Rum 5, 1-5

    L-Evanġelju: Ġw 16, 12-15

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 5, 14-21
    Salm: 102 (103), 1-2.3-4.8-9.11-12

    L-Evanġelju: Mt 5, 33-37

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu wkoll x’intqal lin-nies ta’ dari: “Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu”.

    Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 4, 7-15
    Salm: 115 (116), 10-11.15-16.17-18

    L-Evanġelju: Mt 5, 27-32

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu xi ntqal: “La tagħmilx adulterju”. Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu. Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 3, 15 – 4, 1.3-6
    Salm: 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14

    L-Evanġelju: Mt 5, 20-26

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 3, 4-11
    Salm: 98 (99), 5.6.7.8.9

    L-Evanġelju: Mt 5, 17-19

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox…

  • Kompli aqra »