L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 18, 23-28
    Salm: 46 (47), 2-3.8-9.10

    L-Evanġelju: Ġw 16, 23b-28

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, kulma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Mejju

  • Iż-Żjara tal-Imqaddsa Verġni Marija – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sof 3: 14-18
    Salm: Is 12, 2-6

    L-Evanġelju: Lq 1: 39-56

  • F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 18, 1-8
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

    L-Evanġelju: Ġw 16, 16-20

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”. Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”, u li: “Jiena sejjer għand il-Missier”?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 17, 15.22 – 18, 1
    Salm: 148, 1-2.11-12ab.12ċ-13a.13bċd-14

    L-Evanġelju: Ġw 16, 12-15

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom.

    Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 16, 22-34
    Salm: 137 (138), 1-2a.2bċ-3.7ċ-8

    L-Evanġelju: Ġw 16, 5-11

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini: “Fejn sejjer?”. Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 16, 11-15
    Salm: 149, 1-2.3-4.5-6a u 9b

    L-Evanġelju: Ġw 15, 26 – 16, 4a

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Mejju

  • Is-Sitt Ħadd tal-Għid
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 15, 1-2.22-29
    Salm: 66 (67), 2-3.5.6 u 8
    It-Tieni Qari: Apok 21, 10-14.22-23

    L-Evanġelju: Ġw 14, 23-29

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 16, 1-10
    Salm: 99 (100), 1-2.3.5

    L-Evanġelju: Ġw 15, 18-21

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 15, 22-31
    Salm: 56 (57), 8-9.10-12

    L-Evanġelju: Ġw 15, 12-17

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 15, 7-21
    Salm: 95 (96), 1-2a.2b-3.10

    L-Evanġelju: Ġw 15, 9-11

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ”…

  • Kompli aqra »