L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Mejju

  • Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 13, 14. 43-52
    Salm: 99 (100), 2.3.5
    It-Tieni Qari: Apok 7, 9.14b-17

    L-Evanġelju: Ġw 10, 27-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 9, 31-42
    Salm: 115 (116), 12-13.14-15.16-17

    L-Evanġelju: Ġw 6, 60-69

  • F’dak iż-żmien, ħafna dixxipli ta’ Ġesù, meta semgħuh jitkellem fuq il-ħobż tal-ħajja qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?”. Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 9, 1-20
    Salm: 116 (117), 1.2

    L-Evanġelju: Ġw 6, 52-59

  • F’dak iż-żmien, il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”. Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Mejju

  • San Ġorġ Preca, Saċerdot – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 21, 11-17, 21
    Salm: 119, 33-42

    L-Evanġelju: Mk 16, 14a. 15-20

  • Fl-aħħar Ġesù wera ruħu lill-ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 8, 1b-8
    Salm: 65 (66), 1-3a. 4-5. 6-7a

    L-Evanġelju: Ġw 6, 35-40

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx! Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux.

    Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 7, 51 – 8, 1a
    Salm: 30 (31), 3ċd-4. 6ab u 7b u 8a. 17 u 21ab

    L-Evanġelju: Ġw 6, 30-35

  • F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: “Tahom jieklu ħobż mis-sema”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 6, 8-15
    Salm: 118 (119), 23-24.26-27.29-30

    L-Evanġelju: Ġw 6, 22-29

  • L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Mejju

  • It-Tielet Ħadd tal-Għid Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 5, 27b-32.40b-41
    Salm: 29 (30), 2 u 4. 5 u 6. 11 u 12a u13b
    It-Tieni Qari: Apok 5, 11-14

    L-Evanġelju: Ġw 21, 1-19

  • F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 6, 1-7
    Salm: 32 (33), 1-2.4-5.18-19

    L-Evanġelju: Ġw 6, 16-21

  • Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli ta’ Ġesù niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum. Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom. Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Mejju

  • San Filippu u San Ġakbu, Appostli – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1Kor 15,1-8
    Salm: 18, 2-5

    L-Evanġelju: Ġw 14, 6-14

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lil Tumas: “Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux bija. Kieku għaraftu lili, kontu tagħarfu wkoll ’il Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħarfuh u rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.”

    Ġesù wieġbu: “Ili daqshekk magħkom, u int, Filippu, għadek ma għaraftnix? …

  • Kompli aqra »