L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Frar

L-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun ta’ Malta – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 14:3-7
Salm: 106:21-31
It-Tieni Qari: Atti 27, 16 – 28, 10 jew 2 Kor 11:18,24-31

L-Evanġelju: Mk 16:15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Ħdax : “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Frar

Il-Ħames Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 6:1-2a,3-8
Salm: Salm 137(138):1-2a,2bċ-3,4-5,7ċ-8
It-Tieni Qari: 1 Kor 15:1-11

L-Evanġelju: Lq 5:1-11

Darba l-kotra bdiet tross fuq Ġesù biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ’il barra mill-art; imbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 13:15-17,20-21
Salm: 22 (23):1-3a,3b-4,5,6

L-Evanġelju: Mk 6:30-34

F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.

Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ’l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 13:1-8
Salm: 26 (27):1,3,5.8b-9abċ

L-Evanġelju: Mk 6:14-29

F’dak iż-żmien, is-sultan Erodi sama’ b’Ġesù, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih”. Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija”. U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti l-oħra”. Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 12:18-19,21-24
Salm: 47 (48):2-3a,3b-4,9,10-11

L-Evanġelju: Mk 6:7-13

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi. Qalilhom: “Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 12:4-7,11-15
Salm: 102 (103):1-2,13-14,17-18a

L-Evanġelju: Mark 6:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh? Dan mhuwiex il-mastrudaxxa bin Marija u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 12:1-4
Salm: 21 (22):26b-27,28 u 30,31-32

L-Evanġelju: Mk 5:21-43

F’dak iż-żmien, wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, inxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 11:32-40
Salm: 30 (31):20,21,22,23,24

L-Evanġelju: Mark 5:1-20

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Frar

Il-Preżentazzjoni tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3:1-4
Salm: 23:7-10
It-Tieni Qari: Lhud 2:14-18

L-Evanġelju: Lq 2:22-40

Meta għalqilhom iż-żmien għat-tisfija tagħhom, skont il-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù f’Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, bħalma hu miktub fil-Liġi tal-Mulej, ‘Kull tifel li jitwieled l-ewwel wieħed, ikun ikkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad fil-Liġi tal-Mulej.

Kien hemm f’Ġerusalemm raġel jismu Xmun… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 11:1-2,8-19
Salm: Lq 1:69-70,71-72,73-75

L-Evanġelju: Mk 4:35-41

Dakinhar, xħin sar filgħaxija Ġesù qal lid-dixxipli: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?”

Imbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! … Kompli aqra »