Alla jagħmel il-ġid ma’ kulħadd – L‑Isqof Galea‑Curmi
24/03/2025 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel” (Lq 4:29). Hekk naqraw illum fl-Evanġelju skont San Luqa fuq dawn in-nies li kienu semgħu lil Ġesù fis-sinagoga, imbagħad qabdu u ħarġuh minn hemm, ħaduh fuq xifer ta’ rdum biex jixħtuh minn hemm fuq għal isfel. Kien attentat ta’ qtil. Riedu jeliminawh lil Ġesù, imma kif smajna fl-Evanġelju, jidher li Ġesu ħarbilhom.
X’kienet din ir-reazzjoni ħarxa għall-kliem ta’ Ġesù? … Kompli aqra »