Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Urejthom liċ-ċkejknin – L-Isqof Galea-Curmi

  Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa

Photo by Bennet P Biju L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“O Ġesù tiegħi, aħfrilna dnubietna, ħarisna min-nar tal-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, u għin lil dawk li għandhom l-aktar bżonn tal-ħniena tiegħek”. Din it-talba li aħna soltu ngħidu ma’ kull misteru tar-Rużarju ma kinitx fit-talba oriġinali tar-Rużarju, imma hija talba li għandha l-oriġini tagħha proprju fil-ġrajja ta’ Fatima. Hija t-talba li tfisser, fi ftit kliem, il-messaġġ importanti li tat il-Madonna ġewwa Fatima, il-messaġġ li tat lit-tliet itfal: Franġisku, Ġaċinta u Luċia… Kompli aqra »

Għinna u ħenn għalina – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

It-talba, il-karba li għamel dan ir-raġel lil Ġesù kienet: “Għinna u ħenn għalina” (Mk 9:22). Dar-raġel kellu lil ibnu li kellu spirtu ħażin fih. Kien hemmhekk flimkien mal-kotra ta’ nies, u d-dixxipli, u mal-kittieba qegħdin jitkellmu. U Ġesù wasal, kien għadu kif niżel mill-muntanja tat-Trasfigurazzjoni, u jarahom hemm. Dar-raġel ħareġ mill-folla u qallu biex jgħin lit-tifel billi jneħħi minnu l-ispirtu ħażin… Kompli aqra »

Il-maħfra tagħmilna ħielsa – L-Isqof Galea-Curmi

  Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħafna minna żgur jiftakru lill-Papa Ġwanni Pawlu II, illum qaddis. Fost l-eluf ta’ ritratti taż-żmien twil li dam Papa, ritratt li verament jolqotni u jagħti messaġġ qawwi kien dak ta’ meta l-Papa mar iżur il-ħabs lil dak li sparalu.  Din kienet ġrajja li twettaq fil-prattika dak li smajna llum fl-Evanġelju, fejn lil dak li sparalu biex joqtlu l-Papa mar biex jurih il-maħfra tiegħu… Kompli aqra »

Niċħdu lilna nfusna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu u jimxi warajja”             (Mk 8:34). Dan hu li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mark, fejn isemmilna dawn it-tliet punti importanti għal kull min irid ikun dixxiplu tiegħu. Huma ta’ sfida għalina, għall-ħajja tagħna, imma huma żgur ta’ għajnuna kbira biex inkunu tassew dawk li nimxu warajh… Kompli aqra »

Jaraw ħafna sinjali u xorta jridu sinjal – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Photo by Magda Ehlers L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Talbuh sinjal mis-sema” (Mk 8:11). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Mark illum fuq il-Fariżej li lil Ġesù talbuh sinjal mis-sema. Dawn kienu ilhom jaraw sinjali li kien jagħmel Ġesù, fosthom tant fejqan li għamel Ġesù. Imma eżatt qabel dan ir-rakkont, hemm ir-rakkont ta’ meta Ġesù għamel il-miraklu li bih tema’ erbat elef ruħ b’seba’ ħobżiet u ftit ħutiet.  … Kompli aqra »

Aħna għeżież għal Alla – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella ta' San Vinċenz de Paule, Ħal Luqa

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nitħassarhom lil dawn in-nies” (Mk 8:2). Dan hu l-kliem li qal Ġesù llum fl-Evanġelju meta kellu n-nies li kienu ilhom tliet ijiem miegħu u ra li jekk jibgħathom, għall-bżonn iħossuhom ħażin fit-triq għax ma kellhomx x’jieklu. Għalhekk ried li d-dixxipli jipprovdulhom x’jieklu. Għalhekk “tħassarhom”. Imma d-dixxipli ma setgħux isibu, hemmhekk fid-deżert, minn fejn se jagħtuhom x’jieklu, u għalhekk kellhom dik ir-reazzjoni naturali… Kompli aqra »

Ġej mill-qalb – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Sitt Ħadd tas-Sena

  ll-Knisja ta' Sant'Agata, ir-Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kieku Ġesù kien qiegħed għaddej qalb in-nies illum u jgħid dan id-diskors li smajna fl-Evanġelju, naħseb waħda mir-reazzjonijiet kienet tkun: int għadek fil-Medjuevu! Ħalliha li Ġesù għex ħafna qabel il-Medjuevu! Imma meta nisimgħu ċertu diskors minn Ġesù, u ċertu diskors fuq valuri importanti għall-ħajja, kultant ikun hemm min jgħid: dawn affarijiet tal-passat, illum kbirna, ma għadniex nemmnu f’dawn l-affarijiet.

Ħu, per eżempju, dak li jgħid Ġesù fuq l-adulterju… Kompli aqra »

Alla jrid il-ġid sħiħ tagħna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu” (Mk 6:56). Hekk naqraw illum fl-Evanġelju skont San Mark, f’din id-deskrizzjoni sabiħa tan-nies li jiġru wara Ġesù biex ifejjaq il-morda tagħhom. Hawnhekk kien għadu kif wasal fl-art ta’ Ġennesaret, u n-nies mal-ewwel indunaw u marru jiġru u jġorru wkoll il-morda fuq l-imtieraħ biex ifejjaqhom. Hawnhekk lil Ġesù narawh qed jaqdi din il-missjoni sabiħa tal-fejqan… Kompli aqra »

Dawl jiddi f’konċentrazzjoni ta’ ħażen – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

F’din il-ġrajja hekk kerha u makabra tal-qtil ta’ Ġwanni l-Battista hemm konċentrazzjoni ta’ ħażen. Dnub iwassal għal ieħor. U fil-qalba tagħha hemm id-disprezz lejn il-ħajja umana li  tiddependi biss minn min għandu l-poter.

Ħa nħarsu ftit lejn din il-konċentrazzjoni ta’ ħażen li naraw hawnhekk. Naraw lil Erodi – dan kien bniedem li kellu l-poter imma kien bniedem dgħajjef. Fil-fatt, lil Ġwanni l-Battista tefgħu l-ħabs għax Ġwanni kien jgħidlu: ma tistax iżżommha int lil Erodja, li kienet il-mara ta’ ħuh… Kompli aqra »

Il-ħajja ma għandhiex prezz

Quddiesa f'Jum il-Ħajja

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fit‑18 ta’ Jannar li għadda, mara ta’ 30 sena, Pelin Kaya, kienet maqtula proprju fil‑ġurnata li ċċelebrat għeluq sninha. Kienet miexja u spiċċat vittma b’karozza misjuqa għal ġo fiha. Il‑qtil tagħha bir‑raġun ġab reazzjoni qawwija fost ħafna nies. Kif jista’ jkun tkun miexja għall‑kwiet u f’daqqa waħda ssib min itemmlek ħajtek?

Aħna u niċċelebraw illum, ftit ġranet wara, Jum il‑Ħajja, ma nistgħux ma nfissrux in‑niket kbir tagħna għal dan il‑qtil u nuru s‑solidarjetà sħiħa mal‑familja tal‑vittma… Kompli aqra »