Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Fik sibt il-għaxqa tiegħi

Quddiesa għall-koppji li se jiżżewġu fl-2025

  Il-Konkatdiral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-festa tal-Magħmudija tal-Mulej li qed niċċelebraw illum tgħinna nirriflettu fuq mument profond fil-ħajja ta’ Ġesù – mument li juri l-identità u l-missjoni tiegħu, mibnija fuq l-imħabba u s-servizz. Hi opportunità tajba speċjalment għalikom li qegħdin tħejju biex tidħlu għas-sagrament taż-żwieġ din is-sena. Din il-festa toffri dawl speċjali fuq dan il-vjaġġ li se tibdew, vjaġġ ukoll mibni fuq l-imħabba, l-għotja tagħkom lil xulxin, u l-grazzja divina… Kompli aqra »

Medd idu fuqu – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu” (Lq 5:12). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Luqa fuq dan ir-raġel marid bil-marda tal-lebbra li, bil-ħerqa tiegħu biex Ġesù jfejqu, mar inxteħet wiċċu fl-art quddiemu. U għamillu dit-talba: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni” (Lq 5:12). Ħa nħarsu ftit lejn dar-raġel l-ewwel, u mbagħad lejn Ġesù, għax żgur li hemm ħafna x’nitgħallmu għall-ħajja tagħna.

Dan ir-raġel kellu fidi f’Ġesù… Kompli aqra »

Gratitudni, inkoraġġiment, tama – L‑Isqof Galea‑Curmi

10 snin mit-twaqqif tat-Teenklabb

  Knisja Sant’Ursola, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

F’din l-okkażjoni sabiħa, hemm tliet kelmiet li nixtieq li niftakru: gratitudni, inkoraġġiment u tama.

Grazzi mill-qalb

L-ewwel nett, gratitudni. Qed ngħidu grazzi lil Alla, lilu qabel kollox u qabel kulħadd, ta’ dak kollu li sar f’dawn l-għaxar snin permezz ta’ Teenklabb hawnhekk il-Belt. Hija okkażjoni ta’ ringrazzjament lil Alla għax hemm ħafna ġid li sar ma’ ħafna persuni, u ġid li mbagħad sewa ta’ għajnuna għas-soċjetà Maltija… Kompli aqra »

Dawl li jagħti t-tama – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Warrab lejn il-Galilija” (Mt 4:12). Dan hu l-kliem li naqraw fl-Evanġelju skont San Mattew fuq Ġesù llum, u għamel hekk wara li arrestaw lil Ġwanni l-Battista. Ġesù ma għamilx hekk għax beża’. Imkien ma narawh jaħrab minħabba l-biża’. Imma Ġesù għamel hekk biex ikun jista’ jaqdi l-ministeru tiegħu f’post ieħor, u speċjalment fil-Galilija li kienet reġun meqjus kulturalment u spiritwalment emarġinat, ma’ nies li lilhom ukoll ried iwassal l-Aħbar it-Tajba… Kompli aqra »

Mixja ta’ tama – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Balzan għandna pittura tal-ġrajja tal-Epifanija – iż-żjara tal-maġi lil Ġesù – hemm fuq fejn l-orgni, in-naħa ta’ wara tal-knisja. Interessanti li f’din il-pittura hemm, fil-fatt, erba’ maġi mhux tlieta, kif tradizzjonalment naraw lill-maġi. Nafu li l-Evanġelju skont San Mattew ma jgħidilniex li kienu tlieta, imma jsemmi t-tliet rigali li offrew – deheb, inċens u mirra – u għalhekk it-tradizzjoni hi li kull wieħed ġarr rigal minnhom… Kompli aqra »

Marija pellegrina tat-tama – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bdejna l-2025, is-sena tal-Ġublew, u l-Papa Franġisku għażel bħala tema għal dan il-Ġublew “Pellegrini tat-Tama”. F’dan l-ewwel jum tas-sena niċċelebraw is-solennità ta’ Marija Omm Alla, u Marija hija dik li turina bl-aħjar mod kif inkunu pellegrini tat-tama.

Meta nħarsu lejn il-mixja ta’ ħajjitha, narawha dejjem miexja bit-tama – tama li hi mibnija fuq il-fiduċja sħiħa f’Alla qalb l-isfidi u d-diffikultajiet ta’ ħajjitha… Kompli aqra »

Familja li tagħtina t-tama – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jien konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma!” (Lq 2:48) Dan il-kliem ta’ Marija fil-ġrajja li għadna kemm smajna jurina mument ta’ kriżi fil-familja li qed niċċelebraw illum – il-familja ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi.

Kienu jmorru kull sena Ġerusalemm għall-Festa tal-Għid, imma dak inhar, meta Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù magħhom ukoll, huma u sejrin lura d-dar – kienet tkun familja kbira bil-qraba u nies oħra – intebħu li ma kienx magħhom Ġesù… Kompli aqra »

Pellegrini tat-Tama – Protetturi tal-Ħajja

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Illum fl-Arċidjoċesi ta’ Malta u fid-djoċesi ta’ Għawdex qed nagħtu bidu għall-Ġublew 2025. Dan isegwi l-inawgurazzjoni uffiċjali tas-Sena Mqaddsa mill-Papa Franġisku lejlet il-Milied, immarkata mill-ftuħ tal-Bieb Imqaddes fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.

Is-Sena tal-Ġublew hi żmien importanti għall-Knisja Kattolika. Il-Papa Franġisku għażel bħala tema: “Pellegrini tat-Tama”. Din il-mixja tħeġġeġ tiġdid tal-fidi u impenn ġdid għall-ħajja spiritwali. F’dinja li qed taffaċċja sfidi profondi, din it-tema sservi bħala gwida għalina lkoll… Kompli aqra »

Mimlijin tama, mhux bla tama

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

This evening, the Jubilee Year 2025 will be inaugurated in the Archdiocese of Malta and the Diocese of Gozo. This follows the official inauguration of the Holy Year by Pope Francis on Christmas Eve, marked by the opening of the Holy Door at St Peter’s Basilica in the Vatican.

The Jubilee Year marks a significant milestone for the Catholic Church… Kompli aqra »

Omm il-fidi, it-tama, l-imħabba – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ara, int se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemih Ġesù” (Lq 1:31) Dan hu l-kliem tal-anġlu Gabriel lil Marija, fis-silta li għadna kif smajna mill-Evanġelju skont San Luqa. Hija l-ġrajja meta l-anġlu jidher lil Marija u jagħmlilha l-istedina biex hi ssir omm Alla. Din narawha proprju ftit ġranet qabel ma niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù. Hu interessanti, fil-fatt, li ftit ġranet qabel it-twelid aħna qed naraw il-ġrajja tat-tnissil… Kompli aqra »