Nagħaġ u lpup, ħamiem u sriep – L-Isqof Galea-Curmi
08/07/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Ara, jien qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem” (Mt 10:16). F’żewġ sentenzi, Ġesù jsemmi erba’ tipi ta’ annimali differenti. Mhux qed jitkellem hawnhekk biex iħeġġiġna għar-rispett lejn l-annimali – avolja aħna nafu li, għax l-annimali huma ħolqien ta’ Alla, għandna dejjem nirrispettawhom. Imma hawnhekk Ġesù qed juża l-annimali bħala xbihat biex iwassal messaġġ lill-appostli tiegħu… Kompli aqra »