Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Preżenza li tagħmel differenza kbira – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Omm Ġesù kienet hemm”. Dan id-dettall hu l-ewwel wieħed li jagħtina San Ġwann meta jitkellem dwar it-tieġ f’Kana tal-Galilija. Jgħidilna mill-ewwel li Marija, Omm Ġesù, kienet preżenti. Qisu mill-bidu jrid jindika li din il-preżenza se tagħmel differenza kbira f’dan it-tieġ. Marija tissemma qabel Ġesù, li l-Evanġelju jgħid li kien preżenti wkoll mad-dixxipli tiegħu.

Nixtieq li nħarsu ftit lejn din il-ġrajja tat-tieġ ta’ Kana, u naraw Marija f’dan it-tieġ, u x’tgħidilna hi għall-ħajja tagħna… Kompli aqra »

Erbgħa min-nies ta’ fidi kbira – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hu tassew rakkont sabiħ dan tal-mifluġ li kien merfugħ minn erbgħa min-nies biex jeħduh sa quddiem Ġesù. Niżżluh minn toqba fis-saqaf biex Ġesù jfejqu. Ħa nħarsu ftit lejn dan ir-rakkont u naraw dawk li ħadu sehem attiv f’din il-ġrajja u dak li jgħallmuna.

L-ewwel nett, dawn l-erbgħa min-nies kellhom biċċa xogħol. Kellhom iġorru lill-mifluġ fuq il-friex u jeħduh sa quddiem Ġesù… Kompli aqra »

Nies ta’ qalb ġeneruża – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Qegħdin hawnhekk fil-bidu tal-ministeru ta’ Ġesù. L-Evanġelju skont San Mark jgħidilna li issa Ġwanni hu arrestat, u Ġesù jibda jxandar l-Aħbar it-Tajba. U jibda bil-kliem: “Iż-żmien huwa mitmum. Is-Saltna ta’ Alla waslet, indmu u emmnu fl-Evanġelju”, kliem li juri wkoll ir-rabta ma’ Ġwanni l-Battista.

Nixtieq li naħsbu ftit fuq il-mod kif Ġesù jqiegħed din l-Aħbar it-Tajba. Jgħid: “is-Saltna ta’ Alla waslet”, imbagħad jistieden lin-nies biex jindmu u jemmnu fl-Evanġelju… Kompli aqra »

L-għaxqa tiegħu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Magħmudija tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Żgur li ħafna minna hawnhekk ma niftakrux dakinhar li tgħammidna. Konna żgħar ħafna, forsi kellna ftit ġranet jew ġimgħat, u għalhekk ma konniex aħna li ġejna għall-magħmudija tagħna. Kienu l-ġenituri li ġarrewna u li għamlu din l-għażla għalina għax riedu li mill-ewwel mumenti ta’ ħajjitna jagħmlu għalina l-isbaħ u l-aħjar għażliet.

Dakinhar tal-magħmudija, kienu l-ġenituri tagħna li għamlu l-istqarrija tal-fidi u riedu li aħna nsiru ħaġa waħda ma’ Ġesù Kristu u nkunu, u nagħrfu li aħna, ulied għeżież ta’ Alla… Kompli aqra »

Rispett, kompassjoni u sensittività – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Fi żmien Ġesù, dawk li kienu morda bil-marda tal-lebbra kienu mhux biss ibatu minħabba l-marda tagħhom, imma wkoll għax kienu maqtugħin għalihom fis-soċjetà. Fil-fatt kien hemm liġijiet li jgħidu li jekk xi ħadd ikun marid b’din il-marda għandu jżomm mhux biss distanza kbira – ħafna aktar mid-distanza soċjali li aħna suppost qed inżommu fil-pandemija – imma wkoll li jekk jara lil xi ħadd jersaq fil-qrib, jibda jgħajjat biex min ikun ma jfettillux jiġi fil-qrib u jkun f’riskju li jittieħed… Kompli aqra »

Imbierek l-isem ta’ Ġesù – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tawh l-isem ta’ Ġesù”. Hekk qrajna fl-Evanġelju skont San Luqa, u dan ifakkarna f’dak li l-anġlu Gabrijel kien qal lil Marija: “Ara int se tnissel fil-ġuf, u jkollok iben, u ssemmih Ġesù” (Lq 1:31). L-istess kien qal ukoll l-anġlu Gabrijel lil Ġużeppi, meta qallu: “Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù” (Mt 1:21). Nindunaw għalhekk li l-isem ta’ Ġesù ma kienx magħżul la minn Marija u lanqas minn Ġużeppi, imma kien magħżul minn Alla… Kompli aqra »

Festa tal-inklużjoni – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tal-Epifanija

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Il-ġnus kollha tal-art jagħtuk qima, Mulej”. Dan hu li tlabna fis-Salm, u dan il-vers jispjega tajjeb is-solennità tal-Epifanija li qed niċċelebraw illum. Juri kif Ġesù mwieled, Alla li sar bniedem, ġie għall-ġnus kollha, u wera ruħu bħala s-Salvatur tal-ġnus kollha. Epifanija tfisser li Alla wera lilu nnifsu lill-ġnus kollha. Ġew il-Maġi mil-Lvant ifittxuh biex jagħtuh qima.

Ċirku li dejjem jitwessa’

L-Epifanija hi l-festa tal-aqwa inklużjoni tal-fidi tagħna fi Kristu, għax mill-bidu tinkludi lil kulħadd… Kompli aqra »

Insebbħu u nfaħħru lil Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fl-Ewwel tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm dettall fl-Evanġelju skont San Luqa dwar ir-ragħajja li nixtieqkom tinnutaw. Jgħid l-Evanġelju li r-ragħajja, wara li raw lit-tarbija Ġesù flimkien ma’ ommu Marija u Ġużeppi, reġgħu lura “isebbħu u jfaħħru lil Alla” għal dik l-esperjenza sabiħa li kellhom. Kienet żgur dehra sabiħa ta’ dawn ir-ragħajja, imdorrijin f’ħajja pjuttost iebsa mal-merħla, li n-nies jarawhom isebbħu u jfaħħru lil Alla.

Dan kien ukoll dak li kienu semgħu r-ragħajja stess meta dehrilhom l-anġlu u ħabbrilhom li twieled Ġesù, u għadd kbir ta’ anġli flimkien bdew ifaħħru lil Alla u jgħidu: “Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet”… Kompli aqra »

Nimxu fid-dawl, nixhdu għad-dawl – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dak id-dawl veru li jdawwal kull bniedem…” Dan hu li qrajna fl-Evanġelju skont San Ġwann, proprju l-bidu, il-prologu tal-Evanġelju tiegħu, fejn hu jenfasizza ħafna li Ġesù, li sar bniedem fostna, hu d-dawl, u jagħmel dan f’kuntrast mad-dlam. Għandna dan id-dawl sabiħ li għandu jdawwal lil ħajjitna.

Alla li sar bniedem fostna – dak hu li jiċċelebra San Ġwann f’dan l-Evanġelju li naqrawh dejjem fl-aħħar jum tas-sena… Kompli aqra »

Erba’ xtieli li għandna nkabbru fil-familja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-Festa tal-Familja Mqaddsa

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

F’liema żmien fl-istorja tal-umanità l-ħajja tal-familja kienet faċli? Naħseb li jekk immorru lura fl-istorja, nindunaw li qatt ma kienet faċli l-ħajja tal-familja. Anke meta llum niċċelebraw il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi, nindunaw li l-ħajja tal-familja tagħhom ma kinitx faċli.

Familja li tgħallimna

Il-qari mill-Kelma ta’ Alla llum jagħtina idea ta’ dan, meta Ġesù baqa’ t-Tempju, u Marija u Ġużeppi marru jfittxuh… Kompli aqra »