Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Widnejna u fommna fil-ħsieb ta’ Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-23 Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja tal-Vitorja, Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Naħseb ħadd minna hawnhekk f’din il-knisja ma jiftakar il-ġurnata tal-magħmudija, għax ħafna minna konna żgħar, u ħafna minn dawn li qed isegwuna wkoll. Imma ġieli attendejna ċelebrazzjoni tal-magħmudija. Fost ir-riti differenti fiċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija, hemm  mument minnhom meta l-qassis iqiegħed idu fuq il-widnejn u l-fomm tat-tarbija – xi ħaġa li f’dan iż-żmien tal-pandemija ma nistgħux nagħmluha, minħabba l-miżuri għalissa, imma r-rit normali hu hekk – u jgħid hekk: “Sidna Ġesù, li ta s-smigħ lit-torox u l-kelma lill-imbikkmin, jagħti lilek ukoll il-grazzja li ma ddumx ma tkun tista’ tisma’ b’widnejk il-kelma tiegħu u tilqagħha, u tistqarr bil-fomm il-fidi tiegħek biex tfaħħar u ssebbaħ lil Alla l-Missier.” Dan hu l-kliem li jgħid il-qassis f’dal-mument tal-magħmudija… Kompli aqra »

Marija Bambina hi l-isbaħ innu favur il-ħajja – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-100 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Bambina

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Dan l-innu hekk sabiħ u sinifikattiv ta’ mitt sena ilu illum, miktub mill-Poeta Nazzjonali Dun
Karm Psaila, li dis-sena f’Ottubru nfakkru l-150 sena mit-twelid tiegħu, u mmużikat mis-
Surmast Ġużeppi Caruana, għadu jqajjem emozzjonijiet kbar mitt sena wara fost il-poplu tal-
Isla. Bir-raġun, għax l-inkurunazzjoni ta’ Marija Bambina, Sultana tal-Vittorji – ġrajja
importanti għall-Isla u għall-Knisja f’Malta – hija mnaqqxa fil-memorja tal-poplu… Kompli aqra »

Bħal drapp li jintiseġ mill-kelma tiegħu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Fil-ħajja ta’ Ġesù, insibuh diversi drabi f’polemika mal-Fariżej u l-kittieba tagħhom.  Tal-lum hija waħda minnhom, meta ġew jilmentaw għaliex id-dixxipli ta’ Ġesù ma kinux f’kollox bħad-dixxipli l-oħra ta’ Ġwanni, jagħmlu bħalhom, imma kienu qishom qed igawdu l-ħajja, “jieklu u jixorbu”; dejjem ovvjament jagħmlu affarijiet tajbin, imma jgawdu l-ħajja. Ħaduha bi kbira minħabba f’hekk.

Nixtieq nieħu t-tieni parti tal-Evanġelju, meta Ġesù jgħid li “ħadd ma jaqta’ biċċa drapp minn libsa ġdida biex biha jraqqa’ waħda qadima”… Kompli aqra »

Biex ma nfallux – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Nixtieqkom tinnutaw ftit x’ġara f’din il-ġrajja mill-Evanġelju skont San Luqa, meta Ġesù jmur lura Nażaret fejn kien trabba, u jidħol fis-sinagoga. Meta jidħol hemmhekk, u jieħu dik is-silta mill-Profeta Iżaija li tħabbar il-missjoni tiegħu, l-Evanġelju jgħid li “lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu”. Reazzjoni sabiħa, pożittiva. Jilqgħu l-kelma.

Imma mbagħad, ftit wara, meta Ġesù jispjega aktar fid-dettall, tinbidel għal kollox ir-reazzjoni tagħhom… Kompli aqra »

Għorrief u għaqlin – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-22 Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

F’dan iż-żmien ta’ pandemija li għexna u għadna qed ngħixu, kemm-il darba fakkarna lil xulxin kemm hemm bżonn insegwu l-miżuri għall-ħarsien tas-saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn, l-użu tas-sanitiser, eċċ. Imma wkoll daż-żmien fakkarna li hemm xi miżuri li tajjeb li nsegwuhom, anke meta ma jkunx hawn pandemija. Waħda minnhom hi l-ħasil tal-idejn, u l-ħasil tal-idejn qabel l-ikel. Hekk aħna mdorrijin nagħmlu, u hekk għandna nagħmlu u hi ħaġa tajba, u hekk jgħallmu l-ġenituri lit-tfal tagħhom mindu żgħar… Kompli aqra »

L-imħabba li tifdi – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta’ San Ġiljan

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġiljan, San Ġiljan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Ġiljan hu qaddis li ħalla impressjoni kbira tul is-snin. Jingħad li f’Malta d-devozzjoni lejh bdiet fis-seklu 15. Għalkemm ma nafux ħafna dettalji storiċi fuq ħajtu, ħajtu hi espressa f’diversi poeżiji, pitturi u rappreżentazzjonijiet artistiċi oħra, speċjalment fil-Medju Evu. Fi Franza, fil-Katidral ta’ Rouen, u fil-Katidral ta’ Chartres, hemm ħġieġ bl-istained-glass sbieħ ħafna bl-istorja ta’ ħajtu.

X’ninnutaw f’dan kollu? … Kompli aqra »

Biex iż-żejt ma jonqosx – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bil-parabbola tal-għaxar xebbiet, Ġesù jrid jurina x’għandna nagħmlu biex nidħlu fis-Saltna tas-Sema. Hawn qed isemmi dawn l-għaxar xebbiet li kienu lesti biex jakkumpanjaw lill-għarus bl-imsiebaħ mixgħula – għax din kienet ċerimonja li ssir bil-lejl.

Imma Ġesù jgħid: ħamsa kienu boloh u ħamsa għaqlin. X’juri l-bluha u l-għaqal? L-għaqlin ħadu ż-żejt fil-kwies biex ikollhom biżżejjed għall-imsiebaħ, ħa jibqgħu mixgħula, u l-boloh ma ħadux żejt magħhom… Kompli aqra »

Bis-sinċerità tal-qalb – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-kelma ‘ipokrezija’ ġejja minn kelma Griega li tfisser: tagħmel xena, tirreċta, tieħu sehem fit-teatrin. Maż-żmien, fit-teatrin kienu jagħmlu maskra – mhux bħal dik li qed nużaw bħalissa minħabba l-pandemija, imma maskra biex tgħatti l-wiċċ, u turi wiċċ b’ieħor, wiċċ differenti minn dak li jkollok.

Ġesù lill-Fariżej u lill-kittieba – almenu lil ħafna minnhom – jgħidilhom “uċuħ b’oħra”. Jgħidilhom li dak li huma jagħmlu minn barra hu mod, imma dak li hemm f’qalbhom hu differenti… Kompli aqra »

L-għażla f’idejna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-21 Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Dan l-aħħar rajt xi ftit kummenti li kultant issib online fuq il-mezzi soċjali dwar il-Knisja, speċjalment meta jqumu ċerti kwistjonijiet partikulari diskussi fis-soċjetà. Kien hemm, pereżempju: “il-Knisja antikwata”, “il-Knisja m’għandhiex iddaħħal rasha fir-ramel”, “il-Knisja trid taċċetta r-realtà”, “il-Knisja trid taċċetta li ż-żminijiet illum inbidlu, u għalhekk timxi maż-żminijiet” – u kummenti simili.

Hu veru, kif turina l-Istorja, li hemm bżonn dejjem aġġornament fil-ħajja tal-Knisja, speċjalment fil-ħidma pastorali tagħha; u dan sar, u qed isir, u hemm bżonn dejjem li jsir aktar… Kompli aqra »

Imorru flimkien – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fi żmien Ġesù, l-għorrief tal-liġi kienu jħobbu jiddiskutu l-liġi, u d-dettalji tagħha. U fl-Evanġelju tal-lum riedu jdaħħlu lil Ġesù f’diskussjoni dwar liema hu l-kmandament il-kbir fil-liġi, fost il-ħafna li kellhom. Riedu lil Ġesù jagħżel wieħed.

X’jagħmel Ġesù? Ħa fil-fatt tnejn, kif smajna fl-Evanġelju – wieħed li nsibuh fil-ktieb tad-Dewteronomju u l-ieħor fil-ktieb tal-Levitiku. L-ewwel wieħed: “Ħobb lill-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha, b’ruħek kollha u b’moħħok kollu”; dan hu l-ewwel u l-akbar kmandament… Kompli aqra »