Imħabba li tagħmilna ħielsa u tagħtina ħajja ġdida – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fis-Solennità tal-Milied
25/12/2021 Il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, PaolaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Hemm sentenza li qal Ġesù li nixtieq li tibqgħu tiftakru wara din il-ġurnata għax hi kelma tant sabiħa għal ħajjitna. Darba Ġesù, meta kien qed jispjega l-missjoni tiegħu, qal hekk: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3:16). Din is-sentenza tiġbor proprju dak li qed niċċelebraw illum fil-Milied, meta qed niċċelebraw lil Alla li sar bniedem fostna, tarbija f’Betlehem… Kompli aqra »