Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Ngħożżu l-ġmiel – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Kunċizzjoni

  Il-Kappella tal-Immakulata Kunċizzjoni, Ħal Lija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-festa għażiża tal-Immakulata Kunċizzjoni hi festa tas-sbuħija, festa tal-ġmiel. Alla ried li lil Marija jsalvaha, jeħlisha mid-dnub, sa mill-bidu nett ta’ ħajjitha. Għalhekk, meta nħarsu lejha hi għalina dan is-simbolu ta’ ġmiel, ta’ sbuħija.  

Nixtieq li naħsbu ftit x’tgħidilna din il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni għall-ħajja tagħna.

Grazzi ta’ dan il-ġmiel

L-ewwel nett turina li għandna nfaħħru u nirringrazzjaw lil Alla talli tana lil Marija, din li hi Immakulata Kunċizzjoni, Marija meħlusa mid-dnub sa mill-bidu… Kompli aqra »

Fidi u Perseveranza – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bil-Malti għandna espressjoni li tgħid “ma daħalx mill-bieb, daħal mit-tieqa”. F’dal-każ, ma daħħluhx mill-bieb, daħħluh mis-saqaf. Dan hu rakkont sabiħ li nsibu fl-Evanġelju skont San Luqa, u wkoll f’Evanġelji oħra, u hu rakkont li għandu ħafna x’jgħallimna. Hawn Ġesù kien qiegħed jgħallem, u kellu udjenza mħallta mhux ħażin, fosthom kien hemm għorrief tal-Liġi u Fariżej. Dawn kemm-il darba kienu semgħuh, u kienu qegħdin issa jisimgħuh jgħallem… Kompli aqra »

Bejn Ġwanni l-Battista u Ġużeppi – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'għeluq is-Sena Ġużeppina

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm kuntrast qawwi li jidher bejn San Ġwann il-Battista u San Ġużepp. San Ġwann il-Battista kien “leħen jgħajjat fid-deżert”. Kien leħen qawwi, leħen sod, li nstama’ minn ħafna. San Ġużepp ma kienx leħen jgħajjat, anzi kien leħen li lanqas jinstema’, għax fl-Evanġelju ma ssibx x’qal. San Ġwann il-Battista kien jiġbor ħafna nies madwaru, u lilhom iwassal il-messaġġ tat-tħejjija għall-Mulej. San Ġużepp, fil-ħajja tiegħu, insibuh biss fil-familja, ma’ Marija u Ġesù… Kompli aqra »

Omm beltna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f’Jum il-Familja

  Il-Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni, Bormla

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Int Marija l-isbaħ ġawhra, Inti l-Omm ta’ din il-belt”. Dan hu l-kliem sabiħ tal-Innu ‘Omm Beltna’, li intom tkantaw b’ferħ u b’għożża f’din il-parroċċa. Hu innu li jenfasizza l-preżenza ta’ Marija f’din il-belt iddedikata lilha.

Fl-Evanġelju tal-lum għadna kif smajna ġrajja speċjali fil-ħajja ta’ Ġesù fejn hi enfasizzata l-preżenza ta’ Marija. Hemm sentenza speċjali f’din il-ġrajja li tgħid hekk: “Omm Ġesù kienet hemm”… Kompli aqra »

Mid-deżert jasal messaġġ qawwi – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-Tieni Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Forsi ftit nindunaw, meta naqraw din is-silta mill-Evanġelju skont San Luqa, il-messaġġ qawwi li hemm fl-ewwel biċċa, meta smajna dawk il-ħafna ismijiet. Hawnhekk San Luqa qed jgħid fuq nies li storikament kienu jeżistu, u qegħdin fil-kotba tal-Istorja, għax kienu nies hekk imsejħa “importanti”, nies li kellhom il-poter. Għalhekk isemmi lil min kien jaħkem fuq il-post kollu, u anke lil min kellu poter fuq ċerti oqsma partikulari… Kompli aqra »

Kelma waħda biss

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“…Int għid kelma biss u l-qaddej tiegħi jfiq”. Din hi t-talba li għamel iċ-ċenturjun lil Ġesù, meta mar isibu, jitolbu jfejjaq lill-qaddej tiegħu li kien batut ħafna. Hawn għandna ġrajja tassew sabiħa li tgħidilna ħafna affarijiet sbieħ għal ħajjitna. Nixtieq li nħarsu kemm lejn iċ-ċenturjun, kif ukoll lejn Ġesù, u naraw x’jgħallmuna permezz ta’ din il-ġrajja.

Iċ-ċenturjun kien bniedem li kellu responsabbiltà kbira… Kompli aqra »

Sinjal ta’ tama – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fl-ewwel Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-ewwel impressjoni li tieħu meta tisma’ dan id-diskors ta’ Ġesù hu li qed jgħid kliem li jista’ joħloq ansjetà, ibeżża’, forsi wkoll joħloq paniku. Ġesù jsemmi, fost l-oħrajn, taqlib fin-natura, fosthom il-ħsejjes tal-baħar u tal-imwieġ. F’maltempata qawwija dawn ikunu ħsejjes tal-biża’, speċjalment jekk tinżerta f’nofs ta’ baħar. Nafu li anke maltempata qawwija tax-xita, bħalma kellna nhar il-Ħamis li għadda, toħloq inkonvenjent kbir u forsi wkoll ansjetà… Kompli aqra »

Kliemu ma jgħaddix – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Is-sema u l-art jgħaddu imma kliemi ma jgħaddix”. Dan hu li smajna lil Ġesù jgħid illum fl-Evanġelju, fl-aħħar sentenza, wara li qal lid-dixxipli biex iħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra, u minnhom jitgħallmu jaqraw ukoll is-sinjali taż-żmien. Imbagħad jgħid li s-sema u l-art jgħaddu, jiġifieri s-siġar ukoll jgħaddu, imma kliemu ma jgħaddix.

Ħa nħarsu l-ewwel lejn dan is-sinjal li qed jgħid Ġesù… Kompli aqra »

Qalb sinċiera u ġeneruża – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tefgħet aktar minnhom ilkoll”. Dan hu li Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum meta jitkellem fuq l-armla fqira li tefgħet biċċtejn żgħar tal-flus fit-teżor tat-tempju. Hu jqabbilha mal-għonja li wkoll tefgħu l-offerta tagħhom f’dan it-teżor. Jgħid “tefgħet aktar”. Imma veru tefgħet aktar? Jekk tqis l-ammont, il-kwantità, tefgħet inqas!

Għaliex Ġesù jgħid “tefgħet aktar”? Għax Ġesù ma jħarisx lejn il-kwantità, l-ammont u l-oġġett, imma lejn il-persuna, u jagħraf il-profondità tal-persuna… Kompli aqra »

L-imħabba hi l-qawwa tas-saltna tiegħu – l-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta' Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta niċċelebraw is-solennità ta’ Kristu Sultan, x’qed nifhmu bi ‘Kristu Sultan’?

Nistedinkom tħarsu lejn l-artal u nippruvaw naraw liema hi l-aħjar rappreżentazzjoni ta’ Kristu Sultan. Żgur li għajnejna jmorru mill-ewwel fuq dik il-kuruna li hemm taħt l-artal, li mhux soltu tkun hemm, u qiegħda hemm proprju għall-festa tal-lum. Din tfakkarna fl-idea tagħna ta’ sultan. Forsi ngħidu: dik hi li tfakkarna li Kristu hu sultan… Kompli aqra »