Biex fina ssib art tajba – L‑Isqof Joseph Galea‑Curmi
26/07/2024L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Tassew hu jagħmel il-frott” (Mt 13:23). Dan hu li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew meta jfisser il-parabbola ta’ dak li mar jiżra’, u ż-żerriegħa waqgħet f’postijiet differenti. Hawnhekk Ġesù jagħti spjega ta’ din il-parabbola. Mhuwiex komuni li Ġesù parabbola jispjegaha; xi darbtejn jagħmilha. U hawnhekk jagħti spjega li lilna tolqotna ħafna fil-ħajja tagħna.
Hawn isemmi tliet ċirkustanzi differenti fejn iż-żerriegħa li wieħed jiżra’ taqa’ f’post fejn ma tistax tagħmel il-frott… Kompli aqra »