Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Għaqlin u safjin – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kunu għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem” (Mt 10:16). Dan kien il-kliem li Ġesù qal lill-Appostli meta qalilhom li se jibgħathom “bħal nagħaġ qalb l-ilpup”. Hu kliem li kien utli ħafna għalihom, u siewi tassew għalina llum.

Ġesù għaqqad flimkien l-għaqal u s-safa. Għaqqad flimkien żewġ aspetti li t-tendenza tagħna hi li  nqiegħduhom kontra xulxin. U tifhem għaliex. Aħna lill-ħamiema nassoċjawha mal-paċi, mal-Ispirtu ta’ Alla… Kompli aqra »

Jagħmlulna ħafna kuraġġ – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin kollha

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Quddiesa Livestream Hal Balzan – 19/04/20 Aktar ritratti hawn: knisja.mt/ritratti L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta ftit ta’ snin ilu Dun Ġorġ Preca kien iddikjarat qaddis, aħna l-Maltin ilkoll fraħna li xi ħadd minn fostna ġie ddikjarat mill-Knisja bħala qaddis, jiġifieri qed igawdi lil Alla għal dejjem. Ħassejnieh bħala unur għalina.

Imma, fil-fatt, meta aħna llum niċċelebraw il-festa tal-qaddisin kollha, din tfakkarna li minbarra dawk li huma ddikjarati qaddisin, li huma ħafna u li ħafna minnhom lanqas nafuhom aħna – meta tara l-lista ta’ qaddisin meqjuma fil-Knisja huma ħafna – hemm ħafna oħra li mhumiex iddikjarati qaddisin imma li qed igawdu lil Alla fis-sema… Kompli aqra »

Baqgħu bla kliem – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-Evanġelju nsibu diversi mumenti meta n-nies jistaqsu lil Ġesù; ġieli b’interess, ġieli b’sens ta’ polemika, u ġieli biex jonsbuh. Imbagħad hemm mumenti meta Ġesù nnifsu jagħmel mistoqsija. Hawnhekk fir-rakkont rajna lil Ġesù li jagħmel żewġ mistoqsijiet lill-għorrief tal-liġi u lill-Fariżej. Tolqtok kif l-Evanġelju jgħid li għal dawn il-mistoqsijiet baqgħu siekta: “ma tkellmu xejn”, u “ma kellhomx ħila jweġbuh”.

Ma għamlux hekk għax ma fehmuhx jew għax kienu aljenati, għax l-Evanġelju jgħid fil-bidu li kienu “għajnejhom fih”… Kompli aqra »

Ngħixu tassew ħielsa – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

“In-nies ilkoll ferħu”. Hekk naqraw fl-Evanġelju tal-lum meta dawn in-nies raw il-miraklu li għamel Ġesù li lill-mara li kienet ilha 18-il sena sħaħ marida hu jagħtiha s-saħħa mill-ġdid. In-nies setgħu jaraw is-sinjal tal-qawwa ta’ Alla li tfejjaq, li tagħti s-saħħa mill-ġdid.

Imma l-Evanġelju jurina kif kien hemm ukoll oħrajn, nies oħra. Ma’ dawn in-nies li ferħu, li kienu jafu japprezzaw, li kellhom qalbhom miftuħa għal Alla, kien hemm ukoll nies oħra li kienu kontra Ġesù… Kompli aqra »

Il-kmandament il-kbir – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-30 Ħadd ta' Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-mistoqsija dwar liema hu l-kmandament il-kbir, fi żmien Ġesù, kienet mistoqsija tajba biex toħloq diskussjoni sħiħa, u għalhekk fl-Evanġelju tal-lum il-Fariżej riedu jdaħħlu lil Ġesù f’din id-diskussjoni.

Ir-raġuni kienet li għall-popli ta’ żmien Ġesù kien hemm ħafna liġijiet u regolamenti. Jekk tħares lejn l-ewwel ħames kotba tat-Testment il-Qadim, kien hemm 613 liġijiet u regolamenti differenti. Minn dawn, aktar minn nofshom kieu jgħidu x’m’għandekx tagħmel – kien hemm 365, daqs il-ġranet tas-sena, jgħidu dak li m’għandekx tagħmel, pereżempju li m’għandekx taħqar lill-fqir, lill-armla, lill-barrani, u l-bqija x’għandek tagħmel… Kompli aqra »

Riflessjonijiet fi żmien ta’ pandemija – L-Isqof Galea-Curmi

Messaġġ f’għeluq is-seminar online 'Il-ħidma pastorali fl-iskejjel: Riflessjonijiet u Sfidi għal Żminijietna'

Il-messaġġ mill-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mid-drabi fejn kelli diversi reazzjonijiet għal omelija li għamilt waqt quddiesa fuq it-televixin kienet meta kont tkellimt fuq dak li wħud jgħidu: li l-pandemija Covid-19 hi kastig ta’ Alla. Kont għedt: “Min jgħid li hu kastig ta’ Alla qed jagħmel insult lil Alla.” Kien hemm uħud li bagħtu emails jew messaġġi jew qaluli li ma qablux. Ma’ xi wħud għamilt diskussjoni twila mhux ħażin anke bl-emails… Kompli aqra »

Attenti minn kull regħba – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħarsu rwieħkom minn kull regħba”. Din hija l-kelma li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju tal-lum, u aħna nafu mill-esperjenza tal-ħajja kemm hi vera. Ir-regħba x’inhi? Hija dik il-kilba li jkollok, ikollok iktar, iġġib iktar, tiġma’ iktar. Ġesù jgħid: ħajtek ma tiddependix mill-ġid li jkollok.

Għalhekk lin-nies Ġesù qalilhom: iftħu għajnejkom, għax faċli titqarrqu. U jġib l-eżempju bil-parabbola ta’ dan ir-raġel li kellu ħafna ġid u ried jaħżen il-ġid kollu biex hu jixxala u jgawdi dan il-ġid… Kompli aqra »

Ġurnata b’messaġġ għalina lkoll – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-Ġurnata Missjunarja 2020

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Ħlas, Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

X’inhi din il-Ġurnata Missjunarja? Għal ħafna minna hi l-ġurnata meta aħna nieqfu ftit biex naħsbu fil-Knisja li hi missjunarja, speċjalment f’dawk il-pajjiżi msejħin ‘tal-missjoni’ u l-għajnuna li tingħata lilhom. Aħna għandna lil Missio f’Malta, u hawn Mons. Valent Borg, li qed jikkonċelebra li hu d-direttur tal-Missio, u nixtieq nirringrazzja lilu u lill-ħaddiema u dawk kollha li qed jagħtu servizz f’Missio għall-ġid li qed jagħmlu biex il-Knisja tista’ tkun tassew Knisja missjunarja… Kompli aqra »

Marija għajn tas-saħħa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Madonna tas-Saħħa

  Il-Knisja ta’ San Franġisk, ir-Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-festa tal-Madonna tas-Saħħa – festa li ilha tiġi ċċelebrata hawnhekk f’din il-knisja mill-1815, jiġifieri aktar minn 200 sena – din is-sena ġiet fi żminijiet partikolarment diffiċli. Il-pandemija tal-Covid-19 – theddida kbira għas-saħħa ta’ kulħadd – laqtet id-dinja kollha u bħalissa qed inħossu ħafna l-piż tagħha f’diversi pajjiżi tal-Ewropa u f’pajjiżna. Din l-aħħar ġimgħa f’Malta kienet iebsa ħafna – għal dawk li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem u l-familjari tagħhom; għal dawk milquta mill-virus fejn kellna rekord wara l-ieħor; u għal dawk kollha li nsejħulhom frontliners li ħafna minnhom qed jaħdmu bla nifs imma ġieli l-ħidma tagħhom hekk importanti, avolja frontliners, ma tidhirx… Kompli aqra »

Xejn mhu moħbi li ma jsirx magħruf – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-tifkira ta' Santa Edwiġe u Santa Margerita Marija Alacoque

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kulħadd jgħaffeġ fuq xulxin”. Din hi d-deskrizzjoni tan-nies li marru biex jisimgħu lil Ġesù, li nsibu fl-Evanġelju ta’ San Luqa llum. Veru ma kellhomx għalfejn dak iż-żmien iżommu d-distanza soċjali u joqogħdu ’l bogħod, imma kienet problema għal Ġesù b’dawk in-nies kollha biex iwasslilhom il-kelma tiegħu. Imma Ġesù, bħalma naraw dejjem u hawn b’mod ċar, la jibża’ jwassal il-kelma u lanqas jipprova jingħoġob… Kompli aqra »