Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Naħfru minn qalbna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa speċjali għall-familji ta' dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jsemmi n-numru 77, għall-mistoqsija ta’ Pietru xi kemm-il darba jrid jonqsu ħuh biex jaħfirlu, ma kienx qed isemmi dan in-numru bħala limitu – Pietru semma’ sebgħa u hu 77. Imma l-kelma 77 tfisser li għandek taħfer mingħajr limitu, li għandek taħfer dejjem.

Pietru fehem dan. Kien sema’ lil Ġesù jitkellem fuq il-maħfra u kemm il-maħfra hi importanti għal min ikun dixxiplu ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Nagħmlu dak li hu sewwa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa speċjali għal dawk li jinsabu weħidhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Tolqotna ħafna f’din il-ġrajja r-reazzjoni ta’ dawk li kienu qegħdin jisimgħu lil Ġesù. Iktar u iktar tolqotna meta aħna niftakru li dan ir-rakkont hu parti minn rakkont itwal fejn l-ewwel juri lil Ġesù li jidħol fis-sinagoga – kien fil-bidu tal-ministeru tiegħu – u hemmhekk jikkwota lill-Profeta Iżaija: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, bagħatni nwassal il-ħelsien lill-imjassrin, il-Bxara t-Tajba lill-fqajrin, id-dawl lill-għomja, il-ħelsien lill-maħqurin, u n-niedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej.”

Ir-rakkont jgħid li meta semgħuh jgħid dan, in-nies laqgħu bil-qalb dil-kelma u stagħġbu b’dan il-kliem kollu ħlewwa tiegħu… Kompli aqra »

Is-sawm li jrid Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa waqt l-irtir tar-Randan għall-ħaddiema tal-Kurja, Caritas u t-Tribunal Ekkleżjastiku

  Dar Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Id-djalogu li hawn, fl-ewwel qari mill-Profeta Iżaija, bejn il-bniedem u Alla, huwa ta’ dawl għal ħajjitna. Il-Profeta juri lin-nies il-kuntrast li hemm bejn il-mod kif huma jħarsu lejn is-sawm, u dak li Alla jrid bis-sawm.

Min-naħa tan-nies hemm qisu lment indirizzat lejn Alla: aħna nsumu, u int qisek ma tindunax, ma tagħtix każ: “Għaliex somna, u int ma ħaristx? … Kompli aqra »

Jara dak li hu fil-moħbi

Quddiesa f'Ras ir-Randan

  Il-Kamra tal-Avukati, il-Qrati tal-Ġustizzja, il-Belt Valletta

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Nixtieq li nagħmel riflessjoni qasira fuq il-kelma li qal Ġesù, ripetuta kemm-il darba fl-Evanġelju llum: “Missierek li jara dak li hu fil-moħbi…”

Waħda mid-differenzi kbar li hemm bejn ħajja Nisranija li ngħixuha bis-serjetà u ħajja Nisranija tal-isem biss hi l-konvinzjoni li hemm Alla Missierna li jara dak li hu fil-moħbi. Din tgħodd kemm għat-tajjeb li nagħmlu u kemm għall-ħażin li ma nagħmlux… Kompli aqra »

Azzjoni Kattolika b’kontribut importanti fis-soċjetà Maltija – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f’għeluq id-90 sena tal-Azzjoni Kattolika Maltija

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Nixtieq li magħkom nirringrazzja lil Alla għal dawn id-90 sena ta’ Azzjoni Kattolika f’Malta.  Speċjalment għall-ġid li l-Azzjoni Kattolika għamlet fis-soċjetà Maltija kemm f’ħidma diretta, bħalma hi l-ħidma fil-qasam tad-djakonija, imma wkoll bil-formazzjoni ta’ nies li mbagħad kienu għas-socjetà Maltija bħall-melħ li jagħti t-togħma u bħal dawl li juri t-triq anke f’mumenti ta’ dlam. Nies iffurmati li għamlu differenza fis-soċjetà Maltija tul is-snin… Kompli aqra »

L-għożża ta’ dawk li huma vulnerabbli u dgħajfa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-Jum Dinji tal-Morda

  Is-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Il-Papa Franġisku, li se jkollna x-xorti li nilqgħuh fostna Malta fil-31 ta’ Mejju, nhar Għid il-Ħamsin, ftit ġranet ilu ħareġ messaġġ għall-okkażjoni tal-lum – it-28 Jum Dinji tal-Morda. F’dan il-messaġġ jirrifletti fuq il-kliem ta’ Ġesù: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28).

Nixtieq li nirriflettu fuq dan il-kliem ta’ Ġesù u naraw ir-rabta tiegħu ma’ dan l-Evanġelju skont San Ġwann li għadna kemm smajna, magħruf bħala tat-Tieġ ta’ Kana… Kompli aqra »

Twajba, Ġentili u Akkoljenti – L-Isqof Joseph Galea-Curmi

Omelija lejlet is-solennità tal-Appostlu Missierna San Pawl

  Il-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm frażi fir-rakkont li għadna kemm smajna mill-Atti tal-Appostli li tgħid hekk: “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2). Hi frażi li tagħmlilna ġieħ lilna l-Maltin, meta naqrawha u nerġgħu naqrawha, u niftakru li tant snin ilu l-Maltin ta’ żmien San Pawl, meta waslu dawn in-nies ħafna minnhom priġunieri fuq ġifen li kien inqabad f’tempesta u kien wasal hawnhekk mingħajr ħadd ma ried li jasal hawn, ġabu ruħhom bi ħlewwa liema bħalha… Kompli aqra »

Il-ħajja konsagrata hija don ta’ mħabba – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja Konsagrata

  Is-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Nixtieq li nħarsu lejn din il-ġrajja tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, u fiha naraw għajnuna u ispirazzjoni għall-ħajja konsagrata. Hemm din ir-rabta tal-ħajja konsagrata mal-Preżentazzjoni tal-Mulej għax Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù tarbija biex ikun ikkonsagrat lill-Mulej. Imma meta ħadu lil Ġesù fit-tempju, ma kienx Gesù li ġie kkonsagrat, imma hu, l-Iben ta’ Alla, ikkonsagra t-tempju.

Ħa nħarsu ftit lejn Xmun li kien fit-tempju u meta ra lil din it-tarbija – li minn barra ma kellha ebda sinjal li jgħid: ‘dan hu l-Messija, dan hu s-Salvatur’ – hu għaraf fiha lil Ġesù dawl tal-ġnus… Kompli aqra »

Kelma ħajja u qawwija – L-Isqof Joseph Galea-Curmi

Quddiesa fil-45 anniversarju mill-parroċċa ta’ Fleur-de-Lys

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Ħabat tajjeb li l-quddiesa fl-okkażjoni tal-45 anniversarju ta’ din il-parroċċa qed issir fil-ġurnata – illejla u għada – meta l-Knisja kollha qed tiċċelebra Jum il-Kelma ta’ Alla. Kien Papa Franġisku li fit-30 ta’ Settembru li għadda ħareġ Ittra Appostolika li fiha stabilixxa li jkun iċċelebrat Jum il-Kelma ta’ Alla fit-tielet Ħadd tas-sena liturġika.

Proprjament kull nhar ta’ Ħadd hu jum il-Kelma ta’ Alla… Kompli aqra »

Marija turina kif ngħixu l-konsagrazzjoni tagħna – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa f'għeluq it-30 sena mill-Konsagrazzjoni tal-knisja, il-55 sena mit-twaqqif tal-parroċċa u s-75 sena mill-wasla tal-patrijiet Karmelitani fil-Fgura

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

L-istorja tal-Fgura għandha rabta mill-qrib mad-devozzjoni antika lejn Marija. Kien hawn devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu sa mis-seklu 18. Kien għalhekk tassew f’waqtu li l-Patrijiet Karmelitani 75 sena ilu ġew il-Fgura u bdew jaqdu l-missjoni tagħhom f’dan il-post, u għenu biex tissaħħaħ din l-imħabba lejn ommna Marija.

Illum, meta qed niċċelebraw it-30 sena mill-Konsagrazzjoni ta’ din il-knisja u dis-sena jaħbat ukoll il-55 anniversarju tat-twaqqif tal-Parroċċa, nixtieq li nħarsu lejn il-messaġġ li tagħti Marija lil din il-komunità… Kompli aqra »