“It-triq, il-verità u l-ħajja” – L‑Isqof Galea‑Curmi
Quddiesa fil-Ħames Ħadd tal-Għid
10/05/2020 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
“Jiena t-triq, il-verità u l-ħajja”. Dan huwa l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju tal-lum.
Nixtieqkom tinnutaw kif dan il-kliem ta’ Ġesù – it-triq, il-verità u l-ħajja – imiss xewqat mill-aktar profondi li għandna fil-qalb tagħna.
Xewqa li għandna hi żgur li nkunu nafu t-triq, li nkunu fit-triq it-tajba. Ngħiduha kemm-il darba f’ħajjitna u nħossuha, li aħna nixtiequ li l-mixja tal-ħajja tagħna tkun fit-triq it-tajba… Kompli aqra »