San Ġużepp jurina kif ngħixu fi żmien ta’ kriżi – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa speċjali u rużarju trasmessi live nhar il-Festa ta' San Ġużepp
19/03/2020 Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, ir-RabatL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
San Ġużepp huwa l-qaddis li fl-Evanġelju nsibuh kważi dejjem f’mument ta’ kriżi. Mhux kriżi li ħoloqha hu, imma kriżi li tiġi ma’ wiċċu. L-Evanġelju tal-lum hu każ minnhom: hu ma setax jifhem x’qed jiġri, kif Marija kien se jkollha tarbija. Imma anke meta twieled Ġesù, rah jitwieled f’għar. Wara li twieled, kellu jitlaq lejn l-Eġittu minħabba li Erodi kien qed ifittex li joqtol lil Ġesù… Kompli aqra »