Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju waqt il-kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza

  • Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina
    7 ta’ Diċembru 2018

    Nirringrazzja u nuri l-apprezzament lill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta taħt it-tmexxija tas-Surmast Kaptan Jonathan Borg għal dan il-kunċert sabiħ tal-lejla. Magħhom ukoll nirringrazzja lil Coro Bel Canto u lil kull min ta s-sehem tiegħu f’dan il-kunċert…

  • Kompli aqra »

Ngħożżu l-ġmiel

Quddiesa fil-festa tal-Immakulata Kunċiżżjoni

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, l-Ibraġ

    8 ta’ Diċembru 2018

    Il-fidi tagħna f’Alla hi mibnija qabel xejn fuq dak li hu sabiħ, u l-festa tal-Kunċizzjoni li qed niċċelebraw illum hi l-festa tas-sbuħija. Fl-Immakulata Kunċizzjoni aħna naraw il-ġmiel, dak li hu tassew sabiħ u jsebbaħ…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju waqt l-adorazzjoni favur il-ħajja

Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija organizzata minn Life Network Foundation

  • Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Knisja ta’ Sant’Antnin, Birkirkara

    6 ta’ Diċembru 2018

    Hemm żewġ kelmiet li nisimgħuhom ta’ spiss fi żmienna: fake news. Jirreferu għal aħbarijiet li joħorġu u jinstemgħu minn diversi nies imma ma jkunux veri. Għalhekk ‘fake’.

    Hemm prattika oħra mifruxa fi żmienna: il-fake language…

  • Kompli aqra »

Dawl għall-istorja tal-bniedem

Omelija waqt Quddiesa tal-inawgurazzjoni u t-tberik tal-Via Lucis

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun
    2 ta’ Diċembru 2018

    Illum hi ġurnata speċjali u ta’ ferħ għal din il-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun bl-inawgurazzjoni tal-Via Lucis. Imma hi wkoll okkażjoni ta’ ferħ għall-Knisja f’Malta. Filwaqt li l-knejjes tista’ tgħid kollha għandhom il-Via Crucis, l-istazzjonijiet li jsegwu l-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù, din hi l-ewwel knisja f’Malta li qed tinawgura l-Via Lucis – l-14-il stazzjon li jirrakkuntaw l-istorja ta’ Ġesù Kristu ħaj minn wara l-qawmien tiegħu sal-Għid il-Ħamsin…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju: Is-salib tal-vjolenza domestika mhuwiex li taċċetta jew tissaporti imma li tieħu azzjoni kontra l-abbuż

Quddiesa mal-vittmi tal-vjolenza domestika u l-istaff ta' Programm Sebħ, Merħba Bik, Għabex, APPOGG u SOAR

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Dar Qalb ta’ Ġesù, Santa Venera

    3 ta’ Diċembru 2018

    Ir-relazzjonijiet tagħna fil-familja huma importanti ħafna f’ħajjitna għaliex il-familja għandha tkun l-ambjent fejn insibu lil min iħobbna u lil min inħobbu. Il-familja hija l-post fejn għandek tħossok safe u fejn tista’ tkun libera jew liberu taqsam  ħajtek ma’ dawk ta’ madwarek. 

    Għandna ħafna ambjenti bħal dawn f’pajjiżna li fihom issib dak li smajna fis-Salm b’enfasi fuq is-sliem: “Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk”…

  • Kompli aqra »

Mara ta’ fidi u kuraġġ

Quddiesa fil-festa ta' Santa Katarina

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Monasteru ta’ Santa Katerina, il-Belt Valletta
    27 ta’ Novembru 2018

    Il-Papa Franġisku fl-eżortazzjoni appostolika tiegħu Gaudete et Exsultate jitkellem fuq is-sejħa tagħna lkoll kemm aħna għall-qdusija. F’paragrafu 12 isemmi nisa qaddisin li taw kontribut kbir fil-ħajja tal-Knisja. Jitkellem ukoll fuq dawk li taw ħajjithom biex jistqarru l-fidi tagħhom (f’paragrafu 94)…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju lill-gradwati tal-MCAS: “Kunu nies ta’ kuxjenza”

Quddiesa ta' ringrazzjament għall-gradwati l-ġodda taL-MCAST

  •  

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    30 ta’ Novembru 2018

    Illum hi ġurnata speċjali fl‑istorja tal‑Kulleġġ Malti tal‑Arti, ix‑Xjenza u t‑Teknoloġija (l‑MCAST) bl‑ewwel quddiesa tal‑gradwazzjoni fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann. Nifraħ magħkom ilkoll f’din l‑okkażjoni speċjali; magħkom studenti, mal‑għalliema, mal‑amministrazzjoni tal‑MCAST, ma’ dawk li ħadmu bis‑sħiħ matul is‑snin ta’ studju tagħkom biex jagħtukom l‑aħjar edukazzjoni u ttemmu b’suċċess l‑istudji tagħkom…

  • Kompli aqra »

Is-soru li l-ħabsin kienu jarawha bħala omm

Omelija fil-festa tal-Beata Enrichetta Alfieri

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Is-Sorijiet tal-Karità, Ħal Balzan

    21 ta’ Novembru 2018

    Dawk li jibdlu s-soċjetà għall-aħjar huma n-nies li għexu l-qdusija. Beata Enrichetta Alfieri tat kontribut kbir lis-soċjetà permezz tal-ħajja tagħha ta’ qdusija. Hi kienet tgħid: “Is-sejħa għall-ħajja reliġjuża ma tagħmilniex qaddisin, imma titfa’ fuqna d-dmir li naħdmu biex insiru qaddisin.” Nixtieq li naraw tliet kwadri partikulari mill-ħajja ta’ Beata Enrichetta…

  • Kompli aqra »

Il-missjoni tal-PFI fid-dawl tal-esperjenza ta’ Żakkew

Omelija f'jum il-gradwazzjoni tal-istudenti tal-Istitut ta' Formazzjoni Pastorali

  • 

     

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja ta’ San Duminku, ir-Rabat

    20 ta’ Novembru 2018

    Tomáš Halik, saċerdot u teologu mir-Repubblika Ċeka li għadu kif kien fostna Malta għall-ftuħ ta’ konferenza internazzjonali tal-Fakultà tat-Teoloġija kif ukoll għall-konferenza ta’ DISCERN, għandu ktieb jismu Patience with God…

  • Kompli aqra »

Min kien San Ġwann tas-Salib?

Quddiesa fil-festa ta' San Ġwann tas-Salib

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Il-Knisja Parrokkjali, Ta’ Xbiex
    18 ta’ Novembru 2018

    San Ġwann tas-Salib għex fi żminijiet imqallba u diffiċli fl-istorja tal-Knisja. Kultant aħna nħarsu lejn dak li qed jiġri fi żmienna u nimmaġinaw li hu l-iktar żmien iebes u mħawwad, imma naħseb min għandu sens ta’ storja mhux bilfors jasal għall-istess konklużjoni…

  • Kompli aqra »