Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

10 punti ta’ inkoraġġiment liċ-chaplains u l-pastoral teams fl-iskejjel tal-Knisja

L-Isqof Awżiljarju jiltaqa' maċ-chaplains u pastoral teams fl-iskejjel tal-Knisja

  • Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

    2 ta’ Ottubru 2018

     

    1. Nixtieq nuri apprezzament min-naħa tal-Knisja f’Malta għall-ħidma li qed isir fil-qasam tal-kura pastorali u ċ-chaplaincy fl-iskejjel tal-Knisja. Hi ħidma li ħafna draba ssir fil-kwiet, b’kuntatti personali, u jkun tajjeb li aħna lkoll nivvalorizzaw din il-ħidma…
  • Kompli aqra »

Il-qawwa taż-żgħożija fil-Knisja

Omelija waqt Quddiesa fil-bidu tal-Missjoni ż-Żgħira u l-festa ta’ Santa Tereża ta’ Lisieux

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Luqa
    1 ta’ Ottubru 2018

     

  • Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, li l-festa tagħha niċċelebrawha llum u li hi patruna tal-missjonijiet, hi qaddisa li għandha ħafna x’tgħidilna fi żminijietna.

    Żagħżugħa, mara, kontemplattiva

    Hi qaddisa żagħżugħa…

  • Kompli aqra »

L-Ewkaristija tgħinna nkunu strumenti ta’ għaqda – L-Isqof Awżiljarju

Omelija waqt Quddiesa mal-Fergħa Ewkaristika

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Iċ-Ċentru Ewkaristiku, il-Marsa

    29 ta’ Settembru 2018

    Il-Fergħa Ewkaristika hi marbuta mal-qalba tal-fidi tagħna: l-Ewkaristija, il-preżenza reali ta’ Ġesù li għażel li jkun magħna hekk mill-qrib u li jingħata għalina. Għalhekk għandha tifsira speċjali ċ-ċelebrazzjoni li qed nagħmlu llum f’din il-quddiesa…

  • Kompli aqra »

Ir-responsabbiltà lejn il-ħolqien

Quddiesa f'Jum il-Ħolqien u f'għeluq ix-Xahar il-Ħolqien

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja ta’ Ġieżu, ir-Rabat

    7 ta’ Ottubru 2018

    Ix-Xahar tal-Ħolqien li ntemm fil-festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi għandu jgħinna biex napprezzaw kemm il-ħolqien hu sinjal ċar tal-imħabba ta’ Alla għalina. Hu tana l-ħolqien biex nieħdu ħsiebu, nikkurawh.

    Il-qari mill-ktieb tal-Ġenesi jurina li Alla sawwar l-annimali u t-tajr u fdahom f’idejn il-bniedem biex jieħu ħsiebhom…

  • Kompli aqra »

Is-sejħa tiegħi hi l-imħabba

Quddiesa lejlet il-festa ta' Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Santawarju ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Birkirkara

    30 ta’ Settembru 2018

    Hawn qaddisin fil-Knisja li baqgħu magħrufin għall-ħidma kbira tagħhom, għalkemm għamlu għeġubijiet u mirakli f’ħajjithom, u kultant ukoll ivvjaġġaw minn post għal ieħor biex iwasslu l-Evanġelju. Hawn qaddisin oħra li ma marrux ħafna postijiet, m’għamlux affarijiet li minn barra jidhru straordinarji, imma li għexu s-sejħa li Alla tahom, il-ħajja ordinarja tagħhom, b’mod tassew sabiħ u straordinarju…

  • Kompli aqra »

Fik ittamaw u inti ħlisthom

Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Mellieħa

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

    Is-Santwarju tal-Madonna, Mellieħa
    23 ta’ Settembru 2018

    Hemm iskrizzjoni antika u b’tifsira kbira aħna u deħlin fil-pjazza ta’ ħdejn is-Santwarju tal-Mellieħa. Tgħid hekk: “Fik ittamaw missirijietna; fik ittamaw, u inti ħlisthom.”

    Din is-sentenza hija meħuda minn Salm 22, wieħed mill-iktar salmi li jesprimi tbatija u karba, li jibda hekk: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?” (Salm 22:1)…

  • Kompli aqra »

Komunjoni u Missjoni: Fil-qalba tal-ħajja tal-parroċċa

Quddiesa f'għeluq it-53 sena mit-twaqqif tal-parroċċa

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     Il-Knisja Parrokkjali, San Ġwann
    21 ta’ Settembru 2018

    Hemm żewġ kelmiet li juru tajjeb x’għandha tkun il-ħajja tal-Knisja u għalhekk li għandhom ikunu fil-qalba tal-ħajja tal-parroċċa: komunjoni u missjoni. Nixtieq li naħsbu ftit fuq x’ifissru dawn iż-żewġ kelmiet fl-okkażjoni sabiħa tat-53 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Ġwann…

  • Kompli aqra »

X’jagħmel tassew ġieħ lin-Nisrani?

Omelija waqt Quddiesa fl-okkażjoni ta' Ġieħ Ħal Balzan

  • Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan

    16 ta’ Settembru 2018

    Hemm diversi punti li l-Kelma ta’ Alla tgħidilna f’din il-Quddiesa u li jgħoddu ħafna għal ħajjitna llum, kemm individwalment kif ukoll bħala komunità f’din il-lokalità ta’ Ħal Balzan. Nixtieq nitkellem fuq tlieta minnhom…

  • Kompli aqra »

Bil-ġrieħi ta’ Kristu ksibna l-fejqan tagħna – L-Isqof Awżiljarju

Omelija waqt Quddiesa fil-festa tal-Għoti tal-Pjagi ti ta' San Franġisk ta' Assisi

  • Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, il-Qawra

    2 ta’ Settembru 2018

    San Franġisk ta’ Assisi hu qaddis magħruf u maħbub minn ħafna. Imma jista’ jkun mhux daqshekk magħruf għall-istimmati, il-pjagi li hu kien irċieva madwar sentejn qabel ma’ miet fuq il-Muntanja La Verna u li komplu jseħbuh mill-qrib ma’ Ġesù Kristu…

  • Kompli aqra »

Dawk li huma l-aktar vulnerabbli jeħtieġu l-akbar għajnuna – L-Isqof Awżiljarju

Omelija fil-festa ta’ Santa Jeanne Jugan, il-fundatriċi tal-kongregazzjoni Little Sisters of the Poor

  • Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Little Sister of the Poor, il-Ħamrun
    30 ta’ Awwissu 2018

    Jeanne Jugan hi qaddisa li għexet fi żminijiet diffiċli. Twieldet fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża, fejn kien hemm ħafna vjolenza u faqar. Ħafna minn dawk li kienu jipprattikaw il-fidi kienu mwaqqgħa għaż-żufjett, jew mitfugħa l-ħabs, jew maqtula…

  • Kompli aqra »