“Ftakru fl-għemejjel sbieħ li għamiltu u rringrazzjaw lill-Mulej” – L-Arċisqof Emeritu
Ċelebrazzjoni tal-Ġublew tal-Ħniena għall-Anzjani fil-Katidral tal-Imdina
14/09/2016-
L-Erbgħa, 14 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-Ġublew tal-Ħniena għall-anzjani, fil-Katidral tal-Imdina. It-tema ta’ din iċ-ċelebrazzjoni kienet ‘Il-ferħ tal-Ħniena t’Alla’. Qabel bdiet il-Quddiesa, l-anzjani nġabru fi Pjazza San Pawl biex jgħaddu mill-Bieb tal-Ħniena tal-Katidral. Wara, ġiet iċċelebrata l-Quddiesa ma’ numru kbir ta’ anzjani minn diversi parroċċi u djar tal-anzjani.
L‑attività ġiet organizzata mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta bis‑sehem tal‑Kapitlu Metropolitan, il‑Caritas, id‑Direttur Djar tal‑Anzjani, is‑Segretarjat Assistenza Soċjali tal‑Azzjoni Kattolika, u l‑Għaqda Maltija Trasport tal‑Morda f’Lourdes.
Omelija tal-Arċisqof Emeritu Mons…