Messaġġi tal-Arċisqof Emeritu Mons Pawlu Cremona O.P.

QUDDIESA GĦALL-KOPPJI GĦARAJJES LI SE JIŻŻEWĠU DIN IS-SENA

Nhar il-Ħadd, 17 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa għall-koppji li se jizzewgu din is-sena (2010). Għal din il-Quddiesa li saret fil-Knisja tal-Kappuċċini, Floriana, attendew aktar minn tliet mitt koppja li lkoll segwew il-kors għat-tħejjija taż–żwieġ organizzat mill-Moviment ta’ Kana. L-Arċisqof Pawlu Cremona OP esprima s-sodisfazzjon tiegħu għan-numru sabiħ ta’ koppji li wieġbu għall-istedina tiegħu. Bi tbissima, l-Arċisqof stqarr li darb’oħra ser ikollna nfittxu Knisja ikbar biex kulħadd ikollu post bil-qiegħda… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIĊĊELEBRA QUDDIESA GĦALL-KOPPJI LI ŻŻEWĠU FL-2009

F’Quddiesa li saret is-Sibt filgħaxija fil-KonKatidral ta’ San Ġwann għall-koppji li iżżewwġu matul l-2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP tkellem dwar il-valur taż–żwieġ għas-soċjeta’ tal-lum u għall-ġejjieni. L-Arċisqof stqarr li hija r-reliġjon li nistqarru, li żammet soda l-familja Maltija.

Fil-bidu tal-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof rringrazzja lill-koppji mizzewġa u stqarr li l-prezenza tagħhom hija ta’ nkoraġġiment kbir għalih, għal Knisja f’Malta u għal pajjiż… Kompli aqra »

L-ARCISQOF IŻUR L-NSO

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-Belt, u ddawwar ma’ l-uffiċini fejn iltaqa’ mad-diretturi u l-ħaddiema. F’dan il-ħin l-Arċisqof ħa l’opportunita’ biex jitkellem magħhom individwalment. Wara, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fejn fl-omelija saħaq li filwaqt li t-teħid tal-istatistika huwa mportanti, din ma għandhiex titratta lil kull individwu bħala numru. Huwa ġab eżempju ta’ diżastru naturali fejn mietu 200,000 ruħ… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-MILIED MILL-ARĊISQOF LILL-MALTIN KOLLHA

Ħuti, aħna qiegħdin f’dan iż-żmien tal-Milied, u x-xewqa tiegħi lejn kull persuna, lejn kull familja, lejn il-poplu tagħna kollu huwa li jkollna dik il-paċi li Sidna Ġesù Kristu ġabilna permezz tat-twelid tiegħu elfejn sena ilu. Jiena naħseb li ħafna familji għad għandhom il-presepju li huma jarmaw fid-djar tagħhom biex iffakkarhom f’dan il-misteru kbir.

Jien nixtieq li nħarsu lejn il-presepju bħala vetrina biex aħna nistgħu nifhmu aħjar x’ġara elfejn sena ilu… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-MILIED MILL-ARĊISQOF LILL-MISSJUNARJI

Ħuti: Nixtieq li nieħu din l-okkażjoni biex nawguralkom: IL-MILIED IT-TAJJEB.

Hemm ħafna modi kif aħna l-insara nistgħu nħarsu lejn il-Milied, iżda hu importanti li dak li naraw, inħossuh li qegħdin ngħixuh fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Naraw il-ferħ ta’ l-anġli meta twieled Ġesu’ Bambin, u għalhekk niċċelebrawh b’ħafna ferħ. Dan huwa l-ikbar aspett li hemm ċans li jiġi mmanipulat għall-qligħ. Għalhekk in-nisrani jagħmel l-isforz biex il-ferħ tiegħu jagħmlu madwar it-Twelid ta’ Gesu’… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-MILIED MILL-ARĊISQOF LILL-EMIGRANTI

B’ferħ kbir nilqa` din l-okkażjoni biex inwassal ix-xewqat tiegħi għal Milied hieni u s-sena t-tajba mimlija ġid u barka lill-emigranti kollha.  Għalkemm ’l bogħod, żammejtu r-rabta tagħkom ma` art twelidkom u tagħmlu l-almu kollu tagħkom biex din l-imħabba tgħadduha lill uliedkom u lill ulied uliedkom.

Il-Milied huwa l-aħar żmien biex wieħed iġedded u jiċċelebra din l-imħabba għaliex ifakkarna fil-fedelta ta` Alla lejn il-poplu tiegħu, u permezz ta` dan il-poplu, lejn l-umanita kollha.  … Kompli aqra »

IL-MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FIL-FTUĦ TAL-KAMPANJA ‘MILIED FLIMKIEN’

Fil-ftuħ tal-kampanja ‘Milied Flimkien’, is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP tkellem dwar il-ħsieb Nisrani tal-Milied li qal għandu jġib spirtu ta’ mħabba u paċi. L-Arċisqof Cremona qal li l-ispiritwalita’ ta’ Marija u Ġużeppi hija ta’ ispirazzjoni għall-familji tal-lum. Dwar l-Istrina, l-Arċisqof qal li din se tkun sinjal ta’ ġenerożita li fiha l-flus li se jingħataw, jinbdilu f’għajnuna lil min jeħtiega… Kompli aqra »

KONFERMA LI L-PAPA BENEDITTU XVI SE JŻUR MALTA F’APRIL

Il-Papa Benedittu XVI se jżur Malta s-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ April 2010, fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju tan-nawfraġju ta’ San Pawl. Il-Papa se jasal Malta s-Sibt wara nofsinhar u jħalli pajjizna l-Ħadd filgħaxija. Mal-wasla tieg]u, wara laqgħat mal-ogħla Awtoritajiet Ċivili, il-Qdusija Tiegħu se jżur il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat. Il-Ħadd filg]odu, il-Papa se jmexxi ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana u wara nofsinhar, laqgħa maż-żgħażagh fil-Valletta Waterfront… Kompli aqra »

JUM IT-TIFKIRA 2009

DISKORS TAL-ARĊISQOF WAQT IL-PONTIFIKAL TA’ JUM IT-TIFKIRA – 8 ta’ Novembru, 2009

Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Ħuti,

Aħna llum ġejna hawnhekk bħala komunita’ nisranija biex niċċelebraw lill-Mulej Ġesu’ f’offerta li hu għamel lil Alla l-Missier minn fuq is-Salib: “F’idejk, Missier, jien nerħi ruħi” (Lq 23,46). Illum f’att ta’ mħabba u rikonoxximent qegħdin infakkru t-tbatija u l-mewt tiegħu fid-dawl ta’ dawk kollha li b’sagrifiċċju ta’ ħajjithom, mietu fiż-żewġ Gwerer Dinjin… Kompli aqra »

Messaġġ mill-Isqfijiet dwar il-Logħob tal-Azzard

Bħala rgħajja spiritwali ta’ Malta u Għawdex aħna nixtiequ noffru lill-membri tas-soċjeta’ tagħna u lir-Rappreżentanti tagħna fil-Parlament, din ir-riflessjoni dwar il-Liberta’, b’mod speċjali issa meta qed tiġi diskussa r-regolamentazzjoni tal-Logħob tal-Azzard (Gambling) fil-gżejjer tagħna.

Il-logħob huwa meħtieġ għall-bniedem, għax barra li jgħinu biex jistrieġ mix-xogħol, jgħinu wkoll jitħallat mal-oħrajn. Infatti, għandu jhassibna l-fatt li llum ħafna m’għadhomx isibu ħin għal rikreazzjoni, partikolarment għal rikreazzjoni flimkien fejn wieħed jew waħda jkunu jistgħu jitkellmu, jiċċajtaw, jifirħu u jagħmlu festa ma’ xulxin… Kompli aqra »