Messaġġi tal-Arċisqof Emeritu Mons Pawlu Cremona O.P.

Messaġġ tal-Arċisqof lill-membri tal-Kunsill Lokali u s-Soċjeta Ċivili

  • Messaġġ tal-Arċisqof lill-membri tal-Kunsill Lokali u s-Soċjeta Ċivili

  • Ħaż-Żabbar
    15 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, aħna ġejna flimkien biex niċċelebraw il-ħidma li kien hawn f’din il-parroċċa f’dawn il-ġranet. Jien nirringrazzjakom għaliha u ċert li l-Mulej jirringrazzjakom talli b’sagrifiċċju għamiltu din il-funzjoni, din iċ-ċelebrazzjoni llum f’dan il-post…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tas-Sorijiet Klarissi f’Malta

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tas-Sorijiet Klarissi f’Malta

  • San Ġiljan
    9 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, aħna ġejna hawnhekk biex nifirħu ma’ din il-komunita tal-Klarissi għal mitt sena li ilhom fostna. U jien  għamilt din il-mistoqsija għalija: imma għaliex għandna nroddu ħajr lil Alla, bħala Knisja, għall-fatt li s-sorijiet Klarissi ġew Malta? …

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof waqt velja tal-Immakulata Kunċizzjoni

  • Messaġġ tal-Arċisqof waqt velja tal-Immakulata Kunċizzjoni

  • Katidral tal-Imdina
    7 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, hawnhekk iltqajna llum f’isem Radju Marija biex niċċelebraw it-tnissil bla tebgħa ta’ Sidtna Marija. Aħna nafu x’inhu dan il-misteru. Alla ħalaq il-bniedem,  raġel u mara, xbieha tiegħu, u sfortunatament, kif rajna fl-ewwel lezzjoni (Ġen 3, 9-15,20), Adam u Eva, jiġifieri l-umanita dinbet kontra Alla…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tat-tnedija tat-tema għaż-żgħażagħ 2013/14

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tat-tnedija tat-tema għaż-żgħażagħ 2013/14
  • Birkirkara: San Ġużepp Ħaddiem
    1 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, waqt li konna qed nisimgħu l-introduzzjoni, aħna smajna li llum hija ġurnata speċjali għaż-żgħażagħ għaliex il-Papa kull sena jagħti tema liż-żgħażagħ biex tul dik is-sena huma jikbru fil-fidi tagħhom. U din  is-sena liż-żgħazagħ tahom beatitudni. Beatitudni hija l-kliem li qal Sidna Ġesù Kristu meta fil-bidu tal-ministeru tiegħu tela’ fuq għolja u minn dik il-għolja qalilhom tmien beatitudnijiet (Mt 5,3-12).  Jissejħu beatitudnijiet għaliex kull sentenza tibda bil-kelma ħenjin…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-għoti tal-Akkolitat lil Carlo Calleja, Christopher Ellul u Mark Zammit

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-għoti tal-Akkolitat lil Carlo Calleja, Christopher Ellul u Mark Zammit
  • Parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema
    29 ta’ Novembru 2013

    Ħuti, is-saċerdozju fih żewġ mumenti. L-ewwel mument huwa meta Alla jsejjah lil persuni, dawk li jrid hu. Qalilna: mhux intom għażiltu lili imma jiena għażilt lilkom (Ġw 15, 16). U t-tieni mument hija li din is-sejħa tiftaħ mixja biex wieħed jasal lejn il-presbiterat jew is-saċerdozju ministerjali…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof għall-festa ta’ Kristu Re u tmiem is-Sena tal-Fidi

  • Messaġġ tal-Arċisqof għall-festa ta’ Kristu Re u tmiem is-Sena tal-Fidi
  • Parrocca Sidtna Marija Mtella’ s-Sema, Mosta

    24 ta’ Novembru 2013

    Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

    Ħuti,

    Illum ġejna hawnhekk biex infakkru żewġ avvenimenti: l-ewwelnett sena speċjali li tiġi fi tmiemha llum, jiġifieri s-Sena tal-Fidi, u qegħdin niċċelebraw ukoll lil Kristu li huwa Sultan tal-ħolqien kollu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Gradwazzjoni tal-Istudenti tal-Universita

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Gradwazzjoni tal-Istudenti tal-Universita’
  • Konkatidral ta’ S. Ġwann

    12 ta’ Novembru 2013

    Eċċellenza President ta’ Malta,

    Ħuti, aħna ġejna għal din l-quddiesa biex l-universita` kollha, kemm dawk li jgħallmu, kemm dawk li marru biex jitgħallmu, illum jirringrazzjaw lil Alla f’dawn il-ġranet tal-gradwazzjoni. Imma jiena naħseb li ma nistgħux nieqfu hemm. Jien nimmaġina lil Alla jirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom talli t-talenti li takom ma ħlejtuhomx, talli kontu lesti tagħmlu s-sagrifiċċji biex l-għerf li takom il-Mulej iġġubuh għall-għarfien tiegħu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-għoti tas-Sagrament tal-Konfermazzjoni

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-għoti tas-Sagrament tal-Konfermazzjoni
  • Knisja Parrokkjali tal-Mosta
    10 ta’ Novembru 2013

    Ħuti, l-ikbar rivelazzjoni li aħna għandna minn Ġesù huwa fuq Alla nnifsu. Qalilna: Alla huwa Missier, Alla hu Iben u Alla hu Spirtu s-Santu. Lid-dixxipli għallimhom li Alla għad jibgħat l-Ispirtu fuqhom. Hu kien jiddeskrivi lilu nnifsu bħala: Jiena u l-Missier ħaġa waħda. Imbagħad beda jgħallimhom ukoll dwar l-Ispirtu s-Santu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-għoti tal-Ministeru tad-Djakonat lil Brian Gialanze, Luke Cutajar, Christian Borg OFM Conv. u Joseph Formosa OFM Conv.

  • Knisja ta’ S. Pietru fil-Ktajjen, B’Buġa

    8 ta’ Novembru 2013

    Ħuti, ġejna hawnhekk biex nassistu għall-għoti tad-djakonat lil dawn l-erba’ żagħażagħ. Id-djakonat huwa wieħed mill-mumenti tas-sagrament ta’ l-Ordni Sagri. L-ewwel mument hu l-mument tad-djakonat li qed jieħdu dawn il-kandidati llum; it-tieni mument huwa l-presbiterat jew kif nafuh is-saċerdozju ministerjali u t-tielet mument huwa l-episkopat jiġifieri l-għoti tal-ordinazzjoni sħiha, biex ngħidu hekk, lil dawk li jiġu magħżulin bħala isqfijiet…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof għal Jum il-Missjoni

  • Messaġġ tal-Arċisqof għal Jum il-Missjoni
  • Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ

    20 ta’ Ottubru 2013

    Huti, aħna llum qegħdin niċċelebraw jum il-missjoni. Nirringrazzjaw lil ħutna mill-Ghana li ġew jagħtuna ħjiel ta’ kif il-quddiesa tkun imsebbħa fl-art tal-missjoni.

    X’inhi l-missjoni? Il-missjoni mhi xejn ħlief il-mod kif il-Knisja tkompli l-missjoni ta’ Ġesù fl-istorja tas-salvazjoni tagħna. Ejjew inpoġġuha f’kuntest…

  • Kompli aqra »