Stqarrijiet għall-Istampa

Applikazzjonijiet għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex 2025-2026

Għada t-Tlieta, 4 ta’ Frar 2025, se jiftħu l‑applikazzjonijiet online għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika l‑ġdida li tibda f’Settembru li ġej. In‑numru totali ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 840 (771 f’Malta u 69 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet għall‑iskejjel f’Malta u Għawdex se jintlaqgħu bejn it-Tlieta l‑4 u l-Ħamis it‑13 ta’ Frar, kif ukoll bejn il-Ħamis l‑20 u l-Ħamis is‑27 ta’ Frar 2025… Kompli aqra »

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Arċisqof Charles Scicluna fi Frar 2025

Matul ix‑xahar ta’ Frar, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Prinċipal ġdid għall-iskola tas-Seminarju Minuri tal-Arċisqof

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Jean‑Claude Schembri bħala l‑Prinċipal l‑ġdid tal‑Iskola tas‑Seminarju Minuri tal‑Arċisqof f’Tal‑Virtù r‑Rabat. Hu qed jieħu post Dun Mark Ellul, li nħatar bħala d‑Delegat il‑ġdid għall‑Edukazzjoni Kattolika, wara 13‑il sena surmast tal‑Iskola tas‑Seminarju Minuri.

Is‑Seminarju Minuri tal‑Arċisqof jilqa’ fih 800 student mill‑ewwel sena tal‑primarja sal‑ħdax‑il sena tas‑sekondarja, u madwar 200 membru tal‑istaff.

L‑irwol tal‑Prinċipal huwa li jiżviluppa, jippromwovi u jsostni l‑ethos, il‑karattru u l‑identità tas‑Seminarju Minuri tal‑Arċisqof bħala skola Kattolika… Kompli aqra »

Live-In tal-Kappillani 2025: ‘Missjunarji tat-Tama’

Il‑kappillani tal‑parroċċi f’Malta ltaqgħu għal‑live‑in annwali, bit‑tema li kienet ‘Missjunarji tat-Tama’, fid-dawl tal-Ġublew tat-Tama li l-Knisja Kattolika madwar id-dinja kollha qed tiċċelebra din is-sena. Huma kellhom il-ħin jirriflettu fuq xi tfisser tkun missjunarju llum u kif permezz tal-ezempju tagħhom, ikunu mezz ta’ tama lill-oħrajn.

Il-live-in ta’ din is-sena sar f’format differenti sabiex il-kappillani jkunu f’ambjent iktar rilassat u ta’ fraternità u jgħinhom jirriflettu aktar fuq dak li semgħu u ddiskutew… Kompli aqra »

L-Arċisqof jaħtar Delegat ġdid għall-Edukazzjoni Kattolika

Ritratt: Dun Mark Ellul, id-Delegat il-ġdid għall-Edukazzjoni Kattolika

L-Arċisqof Charles Scicluna, bħala l-President tal-Konferenza Episkopali Maltija, ħatar lil Dun Mark Ellul bħala d-Delegat il-ġdid għall-Edukazzjoni Kattolika biex jgħin lill-Konferenza Episkopali fil-ħidma tal-Knisja fl-edukazzjoni. Il-ħatra ta’ Dun Mark tirrifletti l-impenn imġedded tal-Knisja biex issaħħaħ l-edukazzjoni Kattolika f’Malta u Għawdex. Bħalissa, Dun Mark hu l-Kap tal-Iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof fir-Rabat.

L-Arċisqof irringrazzja lil Patri Charles Mallia O… Kompli aqra »

Edizzjoni ġdida ta’ ‘L-Ewwel Bibbja Tiegħi’

‘L-Ewwel Bibbja Tiegħi,” li ġiet ippubblikata reċentament, qed tiġi mħeġġa tintuża bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Kelma ta’ Alla u l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara sabiex tintroduċi lit-tfal il-valuri sbieħ tal-Bibbja.

Ippubblikata mill-Fondazzjoni Biblika Maltija, l-adattament għall-Malti tal-‘Beginner’s Bible’ jinkludi stejjer miktuba b’attenzjoni għall-qarrejja ż-żgħar. Il-‘Beginner’s Bible’ hi pubblikazzjoni klassika li mill-1989 sal-lum inbiegħet aktar minn 25 miljun kopja f’lingwi differenti. L-edizzjoni aġġornata bil-Malti tinkludi test modernizzat u tpinġijiet uniċi, li jagħtu xeħta kontemporanja lil dawn l-istejjer dejjiema… Kompli aqra »

Il-Ġublew mal-Aħwa Nsara fil-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2025

Is-Servizz Ekumeniku Djoċesan tal-2024

Bħalissa l‑Insara kollha madwar id‑dinja qed jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara li se tintemm nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar 2025. F’Malta, jum qabel se jsir il-Ġublew mal-Aħwa Nsara fil-ġurnata li normalment isir is-Servizz Ekumeniku Djoċesan. Dan se jitmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna, waqt li l-omelija ssir mill-Eżarka Kyrillos ta’ Melite, li hu l-Eżarka lokali f’rabta diretta mal-Patrijarkat Ekumeniku ta’ Kostantinopli… Kompli aqra »

Hospice Malta tiftaħ St Michael Hospice, kumpless ta’ kura palljattiva li jiċċelebra l-ħajja u d-dinjità

St Michael Hospice f’Santa Venera ġie inawgurat illum u permezz tiegħu Hospice Malta se tkun tista’ testendi s‑servizzi palljattivi tagħha għal aktar minn 1,500 pazjent fis‑sena, waqt li tkompli żżomm mal‑valuri fundamentali tagħha tal‑ħajja u d‑dinjità.

Dan huwa pass importanti ħafna għal Hospice Malta, li fetħet il‑bibien tagħha għall‑ewwel darba fl‑1989, u se ttejjeb il‑kura palljattiva f’Malta permezz tas‑servizzi komunitarji estiżi tagħha, faċilitajiet imtejba għal terapija ta’ matul il‑jum u servizzi inpatient, kif ukoll faċilitajiet edukattivi… Kompli aqra »

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Arċisqof Charles Scicluna f’Jannar 2025

Ritratt: Ian Noel Pace

Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Ngħożżu l-preżenza tal-ulied bħala għajn ta’ barka

Il-messaġġ tal-Milied tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nawgura l‑Milied it‑tajjeb lil kull min qiegħed isegwini u jismagħni. Din is‑sena ddeċidejt li l‑messaġġ tal‑Milied ngħaddih minn dan il‑post għażiż, minn Hospice Malta; tradizzjonalment nafuh ukoll bħala l‑Istitut Cini. X’kien ifisser għall‑Maltin u l‑Għawdxin dan l‑ambjent?

L‑Istitut Cini beda proprju bħala fabbrika li kienet tipproduċi l‑ikel. Il‑familja Cini, hawnhekk kellha l‑fabbrika tal‑għaġin. Adelaide Cini, fis‑seklu 19, użat il‑fabbrika tal‑familja tagħha biex tilqa’ tfajliet li kellhom bżonn il‑protezzjoni u d‑dinjità… Kompli aqra »