Stqarrijiet għall-Istampa

Tama permezz tal-Ikla tal-Milied ta’ Caritas Malta

Jitħabbru d-dettalji tal-ikla fil-Kurja tal-Arċisqof

Caritas Malta qed tistieden lill‑persuni li jinsabu weħidhom jew m’għandhomx il‑mezzi sabiex din is‑sena jqattgħu Milied b’dinjità u jiġu jieklu flimkien għall‑ikla tal‑Milied fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana. Din l-ikla hi turija ta’ mħabba mgħixha fil‑konkret u sinjal tanġibbli ta’ Knisja li tilqa’ lil kulħadd. 

Il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Dun Martin Micallef, qal li din l-ikla li ssir ta’ kull sena permezz ta’ Caritas Malta fil-Milied, li “hi festa fejn Ġesù, li ġie fostna, jgħallimna l-lingwa tal-imħabba kif proprju jiġri f’din l-ikla, ġest li l-Arċisqof Charles Scicluna jagħmlu billi jagħti dan il-post biex ngħixu l-kmandament tal-imħabba.”

Dun Martin żied jgħid li għal dan iż-żmien fil‑Knisja f’Malta hemm diversi kappillani li fil‑Milied jew fl‑ewwel tas‑sena jorganizzaw ikla għal nies weħidhom jew li għaddejjin minn diffikultajiet differenti fil-parroċċi tagħhom… Kompli aqra »

“Tiġġudikawniex” – jgħidu nisa li ħarġu miċ‑ċirku tal‑vjolenza lis-soċjetà

Nisa li ħarġu miċ‑ċirku tal‑vjolenza u li bbenefikaw mis‑servizzi ta’ appoġġ ta’ Fondazzjoni Sebħ, fetħu qalbhom dwar it‑trawmi li ffaċċjaw u enfasizzaw l‑importanza tal‑istabbiltà finanzjarja biex setgħu jaħarbu minn relazzjonijiet abbużivi.

Waqt li qasmu l‑esperjenzi ta’ abbuż li ġarrbu ma’ diversi stakeholders li jistgħu jagħmlu differenza f’dan il‑qasam, dawn in‑nisa għamlu appell urġenti biex jinbidlu l‑policies sabiex jingħata appoġġ aħjar lil nisa li ħarġu miċ‑ċirku tal‑vjolenza kif ukoll jipprevjenu l‑vjolenza… Kompli aqra »

Kandidat ġdid għas-saċerdozju

Ritratt: Ian Noel Pace

Andrè Psaila, seminarista fil-ħames sena ta’ preparazzjoni fis-Seminarju, se jitlob lill-Arċisqof Charles Scicluna biex jaċċettah bħala kandidat għall-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-festa tal-Kunċizzjoni, nhar il-Ħadd, 8 ta’ Diċembru 2024, waqt il-quddiesa fit-Tieni Ħadd tal-Avvent.

Il-quddiesa tibda fid-9:30am u se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u Radju RTK 103.

Andrè Psaila mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, se jistqarr pubblikament ir-rieda tiegħu li joffri lilu nnifsu lill-Knisja biex iservi bħala saċerdot… Kompli aqra »

Tnedija ta’ Beyond GDP II: l-isfidi moħbija taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’Malta

  Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Ritratt: Nicolai Borg

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta ppubblikat l‑aħħar rapport tagħha, Beyond GDP II: Third Country Nationals in Malta: Sharing in our economic future or serving labour market interests? Ir‑rapport inħareġ fi żmien meta l‑policies dwar il‑migrazzjoni qed jevolvu u d‑dipendenza tal‑ekonomija Maltija fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCN) qed tkompli tiżdied.

Il‑kuntest uniku Malti — karatterizzat minn popolazzjoni li qed tixjieħ, rati baxxi ta’ fertilità, nuqqas ta’ ħaddiema u sforzi għal tkabbir ogħla tal‑Prodott Gross Domestiku — jenfasizza l‑kontribut indispensabbli tal‑persuni TCN… Kompli aqra »

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Arċisqof Charles Scicluna f’Diċembru 2024

Ritratt: Ian Noel Pace

Matul ix‑xahar ta’ Diċembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet djoċesani fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re

Ritratt: Ian Noel Pace

Nhar il‑Ħadd li ġej il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra l‑festa ta’ Kristu Re. B’rabta ma’ din il‑festa tant sinifikanti għall‑Knisja Kattolika, fil‑jiem li ġejjin il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra tliet ċelebrazzjonijiet djoċesani importanti. Din is‑sena l‑Assemblea Djoċesana se terġa’ ssir fuq jumejn waqt li l‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ se jiġi ċċelebrat waqt l-attività ‘Żgħażagħ ta’ Tama’.

L‑Assemblea Djoċesana

Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa 21 u 22 ta’ Novembru 2024 fis-6pm, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta se tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana, li se tkun ippreseduta mill‑Arċisqof Charles Scicluna… Kompli aqra »

1,817 post vakanti għal studenti fl-Iskejjel tal-Knisja

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti

Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika 2025‑2026 jinsabu fuq il‑website tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta knisja.mt.

B’kollox hemm 1,817 post vakanti għall‑istudenti (1,577 f’Malta u 240 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet se jsiru kollha online. L‑applikazzjonijiet tal-‘Ewwel Kriterju’ għal Malta u Għawdex se jintlaqgħu bejn il‑21 u t-28 ta’ Novembru 2024.  L-“applikazzjoni tard” se jintlaqgħu bejn il-5 u t-12 ta’ Diċembru… Kompli aqra »

L-Arċisqof iwaqqaf Vigarjat Episkopali ġdid għall-kordinament pastorali

Dun Andrè Zaffarese

L‑Arċisqof Charles Scicluna waqqaf Vigarjat Episkopali ġdid għall‑Kordinament Pastorali, bil-għan li jiġu implimentati l‑viżjoni u l‑prijoritajiet tal‑Knisja f’Malta.

Dun Andrè Zaffarese, li għandu 41 sena, ingħata din il‑kariga fid‑dawl tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet li ntemm f’Ottubru li għadda, fejn il‑Papa Franġisku enfasizza fuq l‑importanza tas‑sinodalità fil‑ħajja u l‑missjoni tal‑Knisja.

Il‑Vigarjat se jkun responsabbli biex jgħin lill‑Isqfijiet fil‑kordinament tal‑ħajja u l‑ħidma pastorali fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, b’ħidma kontinwa mal‑vigarji u d‑delegati l‑oħra tal‑Arċisqof li jieħdu ħsieb id‑diversi ħidmiet u ħtiġijiet tal‑Knisja… Kompli aqra »

Il-proġett ta’ Villa Rosa jagħti prijorità lill-bżonnijiet individwali mhux il-ġid tal-komunità

Il‑Kummissjoni Ambjent ma taqbel xejn mal‑emendi proposti fil‑pjanijiet lokali li jippermettu proġett massiv ta’ kostruzzjoni f’Villa Rosa f’San Ġiljan.

Dan il‑proġett, li jinkludi torri ta’ 34 sular u żewġ torrijiet oħra ta’ 27 sular, juri biċ‑ċar li ma ngħatatx konsiderazzjoni xierqa għall‑impatt li se jkollu fuq il‑komunitajiet tal‑madwar, bħaż‑żieda fit‑traffiku, l‑impatt viżiv, u kif ser jiġi affettwat l‑aċċess għad‑dawl tax‑xemx minħabba d‑dell li se joħloq fuq il‑madwar… Kompli aqra »

Il-Knisja tippubblika Safeguarding Policy ġdida għall-ħarsien tal-minuri u l-adulti vulnerabbli

Il‑Knisja f’Malta u Għawdex ippubblikat Safeguarding Policy ġdida li tistabbilixxi standards ogħla għall‑entitajiet tal‑Knisja u li tpoġġi l‑wellbeing tal‑vittmi fiċ‑ċentru tax‑xogħol li jsir mis‑Safeguarding Commissions f’Malta u Għawdex.

Il‑policy il‑ġdida tistabbilixxi standards ta’ safeguarding li l‑entitajiet kollha tal‑Knisja huma mistennija jimxu magħhom. Permezz tal‑policy inħolqu strutturi li jindirizzaw l‑allegazzjonijiet li jsiru kemm fil‑konfront ta’ membri tal‑kleru kif ukoll fil‑konfront ta’ lajċi impjegati jew voluntiera… Kompli aqra »