Stqarrijiet għall-Istampa

Quddiesa mill-Arċisqof b’suffraġju għar-Reġina Eliżabetta II

Nhar il‑Ħamis li ġej, 15 ta’ Settembru 2022, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa De Requiem għar‑Reġina Eliżabetta II f’għeluq il‑ġimgħa mill‑mewt tagħha, fis‑6:30 p.m. fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta.

Il‑kongregazzjoni se tkun immexxija mill‑President ta’ Malta Dr George Vella. L‑awtoritajiet tal‑Istat u l‑Insara kollha f’Malta huma mistiedna jattendu għal din iċ‑ċelebrazzjoni. Is‑saċerdoti huma mistiedna wkoll jikkonċelebraw f’din il‑quddiesa.

Il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mtKompli aqra »

L-Istaġun tal-Ħolqien: “Isma’ Leħen il-Ħolqien”

Stqarrija mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u l-Kummissjoni Ambjent

“Isma’ leħen il‑ħolqien”. Din hi l‑istedina li l‑Papa Franġisku għamel fil‑messaġġ[1] li ħareġ għall‑okkażjoni tal‑Istaġun tal‑Ħolqien ta’ din is‑sena (mill‑1 ta’ Settembru sal‑4 ta’ Ottubru 2022). Il‑Papa jħeġġiġna nisimgħu bir‑reqqa l‑vuċi tal‑ħolqien: il‑vuċi tal‑pjaneta u l‑vuċi tal‑persuni li jgħixu fiha, ilħna li ilhom żmien imsikkta u mwarrba fil‑ġenb minħabba “interessi ekonomiċi predatorji” li jissarrfu fil‑qerda tal‑ambjent u f’miżerja għal ħafna nies, speċjalment tal‑foqra li dejjem huwa dawk li l‑iktar ibatu l‑konsegwenzi tal‑qerda ambjentali… Kompli aqra »

Żewġ kappillani ġodda u direttur ġdid għad-Dar tal-Kleru

Dun Franco Fenech Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Franco Fenech bħala kappillan tal‑parroċċa tal‑Immakulata Kunċizzjoni fil‑Ħamrun.

Dun Franco twieled fis‑27 ta’ Lulju 1966 f’Tal‑Pietà u rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola statali tal‑Marsa, is‑sekondarja fil‑Liċeo tal‑Ħamrun, u l‑postsekondarja fil‑Kulleġġ De La Salle fil‑Birgu.  Fi Frar 1986 daħal mal‑Patrijiet Franġiskani Kapuċċini u rċieva l‑formazzjoni reliġjuża f’Pesaro l‑Italja. Dun Franco għamel l‑istudji tiegħu fis‑Seminarju ta’ Fano, li hu affiljat mal‑Università tal‑Lateran f’Ruma… Kompli aqra »

Imut Mons. Philip Calleja

Għal madwar 50 sena kien id-direttur tal-Kummissjoni Emigranti

Tħabbret il-mewt ta’ Mons. Philip Calleja, li għal 70 sena ħadem b’risq l-emigranti Maltin u r-refuġjati li jfittxu ażil f’Malta u b’risq il-Knisja f’Malta.

Mons. Calleja miet illum it-Tlieta, 16 ta’ Awwissu 2022, fl-3:45am fid-Dar tal-Kleru fi Fleur-de-Lys, fl-età ta’ 93 sena.

Mons. Philip Calleja twieled fit-8 ta’ Diċembru 1928 fil-Belt Valletta u ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Awwissu 1953.

Għal madwar 50 sena kien id-direttur tal-Kummissjoni Emigranti, li twaqqfet fl-1950 fi ħdan l-Azzjoni Kattolika minħabba l-eżodu kbir ta’ Maltin lejn pajjiżi oħra… Kompli aqra »

Kappillan jitpoġġa fuq administrative leave

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ġiet infurmata li l‑kappillan ta’ Marsaxlokk se jaffaċċja akkużi marbuta ma’ misapproprjazzjoni ta’ fondi u ħasil ta’ flus. 

Is‑saċerdot tpoġġa fuq administrative leave b’effett immedjat sakemm jibqgħu għaddejjin il‑proċeduri. 

Il‑parroċċa se tkun taħt it‑tmexxija ta’ amministratur maħtur mill‑Arċisqof Charles Scicluna. 

L‑Arċidjoċesi offriet il‑koperazzjoni sħiħa tagħha lill‑awtoritajiet u se tfittex li tistabbilixxi jekk il‑kappillan mexiex ma’ policies dwar donazzjonijiet li huma diġà stabbiliti… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istaff tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir

L‑Arċisqof Charles Scicluna esprima t‑tama li fl‑iskejjel tal‑Knisja jiġu implimentati inizjattivi ta’ inklussività fi spirtu ta’ ftuħ u djalogu mal‑istakeholders kollha, partikolarment fl‑iskejjel li jaqgħu taħt it‑tmexxija diretta tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. 

Huwa qal dan waqt laqgħa li saret dalgħodu fil‑Kurja tal‑Arċisqof ma’ madwar 50 edukatur mill‑Kulleġġ San Albert il‑Kbir fil‑Belt Valletta, li jifforma parti u hu mmexxi mill‑Provinċja Dumnikana Maltija. L‑edukaturi kellhom l‑opportunità jsemmgħu leħinhom u jitkellmu mal‑Arċisqof Scicluna… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi tirreġistra surplus u żżid l-għajnuna fil-pandemija

Ir-rapport finanzjarju tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2021

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Fl‑2021, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta, li tiġbor fiha iktar minn 100 entità u timpjega iktar minn 1,340 persuna, irreġistrat surplus ta’ €3.4 miljuni. Dan kien riżultat tad‑dħul tad‑dividend mill‑APS Bank wara nuqqas ta’ sena, minn bejgħ ta’ proprjetà, u minn titjib fil‑ġbir mill‑parroċċi meta mqabbel mas‑sena 2020.

Dan tħabbar mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof fejn qal li l‑Arċidjoċesi bdiet tirkupra mill‑effetti negattivi ta’ natura finanzjarja li ħalliet il‑pandemija… Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-Imsida u kordinatur djoċesan għall-pastorali mal-anzjani

Dun Mario Mifsud Arċipriet ġdid għall-parroċċa tal-Imsida

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Mario Mifsud bħala arċipriet tal‑parroċċa ta’ San Ġużepp fl‑Imsida.

Dun Mario Mifsud twieled Ħ’Attard fis‑17 ta’ Mejju 1963 u rċieva l‑edukazzjoni primarja fl-iskola statali tal-Ħamrun, is-sekondarja fil‑Liċeo, il‑Ħamrun u fis‑Seminarju Minuri. Qabel ma daħal għall‑formazzjoni saċerdotali fis‑Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, fl‑1988 ggradwa bħala accountant mill‑Università ta’ Malta.

Huwa ġie ordnat saċerdot fis‑16 ta’ Settembru 1994 u beda l‑ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kappillan fil‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien… Kompli aqra »

Stqarrija mill‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja

L‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja (CSA) hi dispjaċuta li d‑differenzi bejn il‑Bord tat‑Tmexxija tal‑Kulleġġ ta’ San Albert il‑Kbir u l‑kap tal‑istess kulleġġ, is‑Sur Mario Mallia, ma ġewx riżolti u wasslu għat‑tmiem tal‑impjieg tas‑Sur Mallia.

Mingħajr ma nidħlu fir‑raġunijiet tat‑tmiem tal‑ħidma tas‑Sur Mallia, l‑Assoċjazzjoni tixtieq tirrikonoxxi l‑kontribut siwi tiegħu għal inklużjoni ta’ diversi studenti u studenti minn realtajiet differenti. Is‑Sur Mallia dejjem fittex modi ġodda kif jista’ jsaħħaħ il‑pożizzjoni ta’ dawk inqas fortunati… Kompli aqra »

Dettalji: Open weekend fil-Kurja tal-Arċisqof

Illum is-Sibt 23 u għada l-Ħadd 24 ta’ Lulju 2022, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana se terġa’ tiftaħ il-bibien tagħha għall-pubbliku wara nuqqas ta’ tliet snin minħabba l-pandemija.

Il-pubbliku hu mistieden iżur il-bini tal-Kurja magħrufa bħala Casa Manresa, jara x-xogħol ta’ restawr li sar, jiltaqa’ mal-isqfijiet, jattendu għall-quddiesa, jipparteċipaw f’taħditiet informattivi u jaraw ukoll b’għajnejhom il-ħidma pastorali li ssir mill-Knisja f’Malta. Id-dħul huwa bla ħlas… Kompli aqra »