Stqarrijiet għall-Istampa

L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ f’Lourdes

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħalla Malta t‑Tnejn filgħaxija, 18 ta’ Lulju 2022, għal Lourdes fejn qiegħed imexxi pellegrinaġġ għall‑morda. Dan hu d‑90 pellegrinaġġ annwali li qed torganizza l‑Għaqda Maltija għat‑Trasport tal‑Morda f’Lourdes (UMTAL). L‑Arċisqof hu akkumpanjat minn Dun Joseph Mizzi, id‑direttur spiritwali tal‑UMTAL, kif ukoll minn Dun Martin Micallef, id‑Direttur tad‑Dar tal‑Providenza.

Għal dan il‑pellegrinaġġ qed jattendu 180 persuna: 55 pazjent, 65 pellegrin u 60 voluntier li jinkludu tobba, infermiera u spiżjara… Kompli aqra »

Delegati ġodda għall-Edukazzjoni Reliġjuża u għall-Katekeżi

Dun Carl-Mario Sultana Delegat ġdid għall-Edukazzjoni Reliġjuża

Il‑Konferenza Episkopali Maltija ħatret lil Dun Dr Carl‑Mario Sultana bħala Delegat għall‑Edukazzjoni Reliġjuża.

Dun Dr Carl‑Mario Sultana studja fl‑Università ta’ Malta u fl‑Università Pontifiċja Salesjana f’Ruma fejn speċjaliżża fil‑Pastorali maż‑Żgħażagħ u l‑Kateketika. Huwa lettur anzjan fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fi ħdan l‑Università ta’ Malta u ilu jgħallem l‑Edukazzjoni Reliġjuża u l‑Kateketika mill‑2007. Fl‑2017 nħatar Kap tad‑Dipartiment tat‑Teoloġija Pastorali, Liturġija u Liġi Kanonika fl‑istess Fakultà… Kompli aqra »

Luminous Kindness – Imnedija l-pubblikazzjoni uffiċjali taż-żjara tal-Papa f’Malta

L‑Arċisqof Charles Scicluna nieda l‑pubblikazzjoni uffiċjali tal‑Vjaġġ Appostoliku tal‑Papa Franġisku f’Malta. Din tinkludi sensiela ta’ ritratti mill‑isbaħ li saru waqt din iż‑żjara li saret fit‑2 u t‑3 ta’ April.

Il‑ktieb ġie ppubblikat minn Beacon Media Group, il‑kumpanija li tiġbor fi ħdanha lil Newsbook, 103 Malta’s Heart u Media Centre. B’168 paġna, il‑ktieb bl‑isem Luminous Kindness jinkludi wkoll id‑diskorsi u t‑talb li sar waqt iż‑żjara tal‑Papa f’għadd ta’ postijiet f’Malta u Għawdex… Kompli aqra »

Filmat: Is-saċerdoti jirriflettu kif ikomplu jwasslu l-ferħ tal-Evanġelju fis-soċjetà

Aġġornament tal-Kleru 2022

“Il‑ferħ tal‑Knisja hu li tevanġelizza” huwa s‑suġġett li ntagħżel għall‑Aġġornament tal‑Kleru 2022 sabiex is‑saċerdoti djoċesani u reliġjużi jsaħħu l‑mixja flimkien bħala Knisja f’Malta. Dan sar f’rabta mal‑proċess tas‑Sinodu fuq is‑sinodalità li nieda l‑Papa Franġisku sabiex jissaħħaħ is‑sens ta’ komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni fil‑Knisja kollha madwar id‑dinja.

Għal dawn it‑tlitt ijiem ta’ aġġornament ġew mistiedna diversi professjonisti li għenu lis‑saċerdoti jirriflettu fuq kif għandna nerġgħu niskopru l‑qalba tal‑fidi tagħna u kif il‑Knisja għandha toħroġ miċ‑ċirku tagħha u ma tibżax taqbad toroq ġodda ta’ kif ixxandar l‑Evanġelju… Kompli aqra »

Żewġ arċiprieti u amministratur parrokkjali ġodda għall-parroċċi taż-Żurrieq, Stella Maris u l-Manikata

Dun Daniel Cardona Arċipriet ġdid għall‑parroċċa taż‑Żurrieq

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Daniel Cardona bħala arċipriet tal‑parroċċa ta’ Santa Katarina fiż‑Żurrieq waqt li rringrazzja lil Dun Karm Mercieca, li serva bħala arċpriet u se jkompli jagħti s‑servizz tiegħu fl‑Arċidjoċesi.

Dun Daniel Cardona twieled f’tal‑Pietà fis‑27 ta’ Marzu 1973. Irċieva l‑formazzjoni saċerdotali fis‑Seminarju tal‑Arċisqof f’Tal‑Virtù, ir‑Rabat, u ggradwa fil‑Filosofija u t‑Teoloġija mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi tistieden lill-eks ministru jissostanzja akkużi foloz

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta tistieden lill‑eks ministru u l‑opinjonista Michael Falzon biex jissostanzja l‑kummenti li għamel fil‑media fejn allega li “hemm stejjer ta’…korruzzjoni…fl‑istrutturi amministrattivi tal‑Kurja stess” u li “l‑Arċisqof jaf b’dawn il‑każijiet”.

Taħt it‑tmexxija tal‑Arċisqof Charles Scicluna, l‑istrutturi amministrattivi u ta’ governanza tal‑Arċidjoċesi komplew jissaħħu b’għadd ta’ miżuri mmirati biex isaħħu t‑trasparenza u l‑kontabbiltà. Dawn jinkludu:

  • It‑twaqqif tat‑Taqsima tal‑Awditjar Intern li tirrapporta direttament lill‑Kumitat tal‑Awditjar Intern li l‑membri tiegħu jaħdmu b’ċertu awtonomija mill‑Kurja tal‑Arċisqof
  • Il‑ħatra ta’ uffiċjal kontra l‑ħasil tal‑flus
  • Il‑ħolqien ta’ Whistleblowing Policy u l‑ħatra ta’ żewġ impjegati bħala uffiċjali li jieħdu ħsieb każijiet ta’ whistleblower
  • It‑twaqqif ta’ procurement office biex ikompli jissepara d‑dmirijiet u jnaqqas il‑probabbiltà ta’ żbalji jew frodi

Minbarra l‑miżuri amministrattivi msemmija hawn fuq, li jpoġġu lill‑Kurja tal‑Arċisqof fuq l‑istess livell mal‑entitajiet pubbliċi l‑aktar rispettati, l‑Arċisqof Scicluna ħadem wkoll ma’ kollegi tiegħu fil‑Vatikan sabiex jissaħħu l‑miżuri u l‑istrutturi li huma mmirati biex itejbu l‑ħidma wiesgħa tal‑Knisja kontra każijiet ta’ abbuż klerikali… Kompli aqra »

L-għażla bejn l-embrijuni hi diskriminatorja u ddgħajjef id-dinjità tal-ħajja umana

Position paper dwar l-emendi fil-Liġi tal-IVF

L-emendi fil‑liġi tal‑IVF idgħajfu d-dinjità tal-embrijuni għax jippermettu li dawk b’mard ġenetiku speċifiku jiġu ffriżati għal dejjem. Barra minn hekk, permezz ta’ dawn l-emendi, se ssir għażla diskriminatorja bejn liema tarbija futura tgħix u liema tiġi ffriżata, abbażi tal‑kundizzjoni ġenetika tagħha.

Dan qaluh 35 espert multidixxiplinarju fosthom mill‑qasam tal‑mediċina, ix‑xjenza u l‑embrijoloġija, f’position paper li ħejjew bħala parti minn diskussjoni usa’ li trid issir bħala parti mid-dibattitu Parlamentari dwar l-emendi proposti għall-Protezzjoni tal-Embrijuni… Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ f’Lourdes

Id-90 pellegrinaġġ mill-UMTAL

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi d‑90 pellegrinaġġ annwali għall‑morda f’Lourdes organizzat mill‑Għaqda Maltija Trasport tal‑Morda f’Lourdes (UMTAL) bejn it‑18 u t‑22 ta’ Lulju 2022. L‑Arċisqof se jkun akkumpanjat minn Dun Joe Mizzi, li hu d‑direttur spiritwali tal‑UMTAL u l‑Arċipriet tal‑parroċċa tar‑Rabat. Dan se jkun l‑ewwel pellegrinaġġ taħt il‑gwida tal‑President tal‑UMTAL Dr Joseph Debono, konsulent kirurgu u direttur tal‑Isptar Mater Dei.

L‑applikazzjonijiet bħalissa jinsabu miftuħin għall‑pubbliku u kulħadd jista’ jattendi… Kompli aqra »

Filmat: Live-in tal-Kappillani 2022 – Knisja li tilqa’, Knisja inklussiva

Il‑kappillani tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta rriflettew fuq it‑tema ‘Knisja li tilqa’, Knisja inklussiva’, waqt il‑live‑in annwali. Huma ddiskutew kif bħala saċerdoti jista’ jkollhom attitudni pastorali li dejjem tilqa’ lill‑persuni ta’ madwarhom billi jkunu inklussivi fi kliemhom, fl‑atteġġjament tagħhom u fid‑deċiżjonijiet li jieħdu, kemm mal‑persuni li huma midħla tal‑Knisja u anke dawk li mhumiex. ‘Knisja li tilqa’ hi t‑tieni tema tad‑dokument ta’ tiġdid ekkleżjali tal‑Arċidjoċesi Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed

L‑ewwel jum tal‑live‑in li sar fis‑Seminarju tal‑Arċisqof beda b’messaġġ mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna li tkellem dwar l‑isfond bibliku tal‑kelma ‘tilqa’… Kompli aqra »

Taħdita Pubblika: The world is a sea – Catholics and the Mediterranean during the pontificate of Pius XII

Taħdita pubblika u seminar organizzati mill-Arċidjoċesi u l-Università ta' Malta

The Malta Diocesan Archives will be holding a public lecture entitled “The Holy See and its international relations during the pontificate of Pius XII” to commemorate the opening of the Diocesan Archive relative to the pontificate of Pope Pius XII (1939-1958) and the episcopate of Archbishop Michael Gonzi. 

The guest speaker is Rev. Prof. Roberto Regoli, professor at the Pontifical Gregorian University in Rome… Kompli aqra »