Titwaqqaf il-Fondazzjoni tal-Akkomodazzjoni Affordabbli bejn il-Knisja u l-Gvern
Il-Knisja toffri proprjetà oħra għall-ħtiġijiet tas-soċjetà
14/01/2022L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑Gvern Malti ffirmaw ftehim għat‑twaqqif tal‑ewwel Fondazzjoni tal‑Akkomodazzjoni Affordabbli. Permezz ta’ dan il‑ftehim il‑Knisja u l‑Gvern se jaħdmu flimkien biex tiġi offruta akkomodazzjoni soċjali għal nies bi dħul baxx u medju. Inizjalment din l‑akkomodazzjoni se tiġi offruta b’kiri, b’rati inqas minn tas‑suq.
Il‑ftehim, li ġie ppresedut mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna u mill‑Prim Ministru Robert Abela, ġie ffirmat mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, u minn Grazio Barbara, Direttur Ġenerali tad‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali.
L‑Arċidjoċesi se tgħaddi lill‑fondazzjoni l‑Kunvent ta’ Santa Giovanna t’Ark li jinsab fiċ‑ċentru ta’ Ħal Kirkop, b’ċens temporanju ta’ 25 sena… Kompli aqra »