Stqarrijiet għall-Istampa

Appell lill-ġenituri biex isegwu l-informazzjoni li tingħata mill-iskola

Stqarrija mis-Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija

Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija u l‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja (CSA) jikkundannaw l‑aġir irresponsabbli tal‑Union of Professional Educators (UPE) meta qed tippubblika informazzjoni fil‑paġna tagħha fuq Facebook dwar każijiet tal‑COVID‑19 fl‑iskejjel tal‑Knisja. Dan l‑aġir qed joħloq paniku u ansjetà bla bżonn fost l‑istudenti, il‑ġenituri u l‑edukaturi.

L‑iskejjel tal‑Knisja qed jagħmlu minn kollox biex jinfurmaw lill‑ġenituri u l‑istaff tal‑iskejjel b’dak li qed isir meta jkun hemm każ pożittiv fl‑iskejjel… Kompli aqra »

President ġdid għal Moviment ta’ Kana

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dr Joe Cassar bħala l‑President tal‑Moviment ta’ Kana. Huwa ħa post Dr Arthur Galea Salomone li kien ilu tmien snin fil‑kariga.

Il‑Moviment ta’ Kana huwa għaqda mhux governattiva tal‑Knisja f’Malta li ilu jaħdem mal‑familji għal dawn l‑aħħar 68 sena. Fost is‑servizzi li joffri hemm il‑korsijiet ta’ tħejjija għaż‑żwieġ, il‑formazzjoni lill‑koppji u lill‑familji, counselling għall‑persuni kollha li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet personali u familjari, kif ukoll ħidma mill‑qrib mal‑parroċċi… Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2021

Min‑nhar it‑Tnejn, 18 ta’ Jannar 2021, l‑Insara kollha madwar id‑dinja se jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara, li tintemm it‑Tnejn, 25 ta’ Jannar. Matul din il‑ġimgħa l‑Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku, bit‑tema għal din is‑sena tkun: “Ibqgħu fl‑imħabba tiegħi u tagħmlu ħafna frott” (ara Ġw 15:5‑9). Dan huwa kliem mill‑Evanġelju skont San Ġwann meta Ġesù tkellem dwaru nnifsu bħala d‑dielja l‑vera, u aħna l‑friegħi… Kompli aqra »

Diżapprovazzjoni tal-azzjoni fuq konsulent mediku

Stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

The Secretariat for Catholic Education and the Church Schools Association are dismayed by the reports that Dr Kenneth Grech has been redeployed. Since the start of the pandemic, Dr Grech, in his official capacity and along with his colleagues, has given very valid advice when considering whether or not to physically welcome students, educators, and staff in schools. Dr Grech has been rendering a sterling service as coordinator of the COVID-19 team and always sought to safeguard public health… Kompli aqra »

Id-deċiżjoni tal-Knisja dwar il-Komunità Ġesù Salvatur

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jikkonfermaw id-deċiżjoni li  jiddiżassoċjaw ruħhom mill‑Komunità Ġesù Salvatur. Dan wara li kummissjoni mwaqqfa mill‑Knisja semgħet l‑esperjenzi tal‑persuni kollha li xtaqu jiltaqgħu magħha, inkluż il‑mexxejja tal‑Komunità. Il‑kummissjoni tal‑Knisja kienet immexxija minn Mons. Hector Scerri, teologu u President tal‑Kummissjoni Dottrinali tal‑Konferenza Episkopali Maltija.

F’ħames xhur ta’ investigazzjoni ġie osservat li fil‑Komunità Ġesù Salvatur hemm għarfien żbaljat u mħawwad tat‑tagħlim tal‑Knisja, interpretazzjoni ħażina ta’ siltiet mill‑Iskrittura, u atteġġjament li jweġġa’ lil persuni li għaddejjin minn sitwazzjonijiet ta’ sfida fil‑ħajja… Kompli aqra »

Il-ftuħ tal-iskejjel tal-Knisja

Stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

The Secretariat for Catholic Education (SfCE) in consultation with the Church Schools Association (CSA) has taken note of the sharp increase in COVID-19 cases reported by Public Health Authorities, reaching a significant peak today 6th January 2021. The number of positive cases are expected to remain high in the coming few days. In view of this, on Thursday 7th and Friday 8th January, Church Schools will be teaching online… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Jannar 2021

Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »

It-twelid tat-Tabib tar-Ruħ

Il-messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil‑lejl qaddis tal‑Milied huwa ta’ pjaċir kbir għalija li nsellem lil kull wieħed u waħda minnkom, għeżież Maltin u Għawdxin. Insellmilkom bit‑tislima tal‑anġlu f’dan il‑lejl qaddis: Glorja lil Alla fil‑ogħla tas‑smewwiet, paċi fl‑art lil bnedmin ta’ rieda tajba, lill‑bnedmin li Alla tassew iħobb. Illum fil‑belt ta’ David tweldilna Salvatur li hu Kristu l‑Mulej (ara Lq 2:11‑14). Imma dan il‑kliem f’din is‑sena daqshekk ikkumplikata, immarkata bil‑pandemija tal‑COVID‑19, xi jfisser? 

Din is‑sena, f’dan il‑Milied, ejjew nistiednu lill‑Mulej Ġesù jiġi magħna u jiġi fostna ta’ li hu: Alla mħabba magħmul bniedem… Kompli aqra »

L-Arċisqof fi żmien il-Milied u l-bidu tas-sena l-ġdida

Il‑funzjonijiet reliġjużi li se jmexxi l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna fl‑okkażjoni tal‑Milied jibdew filgħaxija f’lejlet il‑Milied. Dawn il‑funzjonijiet huma miftuħin għall‑pubbliku skont il‑miżuri għall‑ħarsien tas‑saħħa b’rabta mal‑pandemija COVID‑19. Il‑persuni vulnerabbli jistgħu jsegwu dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet fuq l‑istazzjonijiet nazzjonali kif indikat hawn taħt, u fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħamis 24 ta’ Diċembru, lejlet il‑Milied, fil‑5:15 p.m. Monsinjur Arċisqof imexxi l‑ewwel għasar tal‑Milied fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, u fis‑5:45 p.m., jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Vġili… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Diċembru 2020

Matul ix‑xahar ta’ Diċembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »