Stqarrijiet għall-Istampa

Ejjew nilqgħu b’qalb kbira lill-Papa Franġisku – Ittra Pastorali mill-Isqfijiet

Il-Vjaġġ Appostoliku f’Malta mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku

Għeżież,

Huwa b’ferħ kbir li lqajna l-aħbar li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku se jżur Malta fil-31 ta’ Mejju 2020, nhar Għid il-Ħamsin.

Meta f’Jannar li għadda kien qed jagħmel ir-riflessjoni tiegħu fuq is-silta mill-Atti tal-Appostli, li titkellem fuq kif l-Appostlu Missierna San Pawl wasal Malta
fin-nawfraġju, il-Papa kellu kummenti sbieħ ħafna fuq il-Maltin li laqgħu lil Pawlu u lin-nies tal-ġifen… Kompli aqra »

Vjaġġ Appostoliku mill-Papa Franġisku f’Malta

Tħabbira tal-Vjaġġ Appostoliku tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku f'Malta

  Il-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku jilqa’ l-istedina tal-President tar-Repubblika ta’ Malta, tal-Awtoritajiet u tal-Knisja Kattolika tal-Pajjiż, u ser jagħmel Vjaġġ Appostoliku f’Malta u Għawdex fil-31 ta’ Mejju 2020.

Il-programm tal-vjaġġ se jitħabbar iktar ’il quddiem. Kompli aqra »

Logo uffiċjali tal-Vjaġġ Appostoliku f’Malta It-tħabbira uffiċjali tal-Vjaġġ Appostoliku f’Malta …

Mina bejn Malta u Għawdex – l-ebda ġustifikazzjoni fl-assenza ta’ studji pubblikati tal-alternattivi għaliha

Stqarrija dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA)

Screenshot: Google Earth

Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tħoss li għadha ma teżisti l‑ebda informazzjoni soda u rigoruża, u li hija pubblika, li permezz tagħha wieħed ikun jista’ jgħarbel u jixtarr l‑alternattivi kollha biex l‑aċċessibbiltà bejn Malta u Għawdex titjieb. Dan wara li ħarġet l‑aħbar li Infrastructure Malta kienet bdiet il‑proċess li bih qed tfittex li tidentifika kumpanija jew konsorzju biex jibnu u joperaw il‑mina għal żmien definit… Kompli aqra »

Is-saħħa tas-soċjetà titkejjel mill-progress ta’ dawk l-aktar dgħajfa – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa f'Jum il-Ħajja 2020

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Qrajt darba li s-saħħa tas-soċjetà titkejjel mill-progress ta’ dawk l-aktar dgħajfa. Hu dan il-messaġġ prinċipali li nixtieq inwassal illum f’Jum il-Ħajja.

Insellem lil dawk kollha li qed jipparteċipaw f’dan il-jum speċjali, li qed jiġi ċċelebrat f’Jum il-Preżentazzjoni tal-Mulej, meta aħna niċċelebraw lil Kristu li hu d-dawl biex idawwal lill-ġnus.

Il-laqgħa tagħna hawnhekk flimkien illum mhix kontra xi ħaġa jew kontra xi ħadd… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fi Frar 2020

Il-Ħadd 9 ta’ Frar 2020, lejlet il-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil‑5:15pm, l‑Arċisqof  Charles J. Scicluna jmexxi t-Traslazzjoni Solenni tar-Relikwa u l-Ewwel Għasar Solenni, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.

It-Tnejn 10 ta’ Frar, fid‑9am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.

L-Erbgħa 26 ta’ Frar, Ras ir-Randan, fil‑11am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa, fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana… Kompli aqra »

Jiftħu l-applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja

Fis-sena skolastika li tibda f’Settembru li ġej, in-numru ta’ postijiet fl-Iskejjel tal-Knisja għall-‘Applikanti Oħra’ huwa ta’ 730. L‑applikazzjonijiet għal dawn il-postijiet vakanti qed jintlaqgħu online sal-14 ta’ Frar, u f’ċentri speċifiċi bejn it-3 u l-5 ta’ Frar. Aktar informazzjoni tinkiseb mir-Regolamenti għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja.

Dawn l-applikazzjonijiet qed jintlaqgħu wara li f’Novembru li għadda ġew ippublikati r-regolamenti u wara li ntlaqgħu l-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju… Kompli aqra »

Titnieda t-traduzzjoni bil-Malti tal-Eżortazzjoni Appostolika postsinodali ‘Verbum Domini’

Jippreżentaha l-Arċisqof Charles J. Scicluna

  Iċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK) f’Birkirkara

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tniedi l‑pubblikazzjoni bil‑Malti ta’ Verbum Domini (Il‑Kelma tal‑Mulej), li hi l‑Eżortazzjoni Appostolika tal‑Papa Benedittu XVI tat‑30 ta’ Settembru 2010.

Il‑preżentazzjoni li hija miftuħa għall‑pubbliku ser issir nhar l‑Erbgħa, 22 ta’ Jannar 2020, fil‑5:30pm, fiċ‑Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara. Il‑pubblikazzjoni ser tiġi ppreżentata mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna.

Din l‑Eżortazzjoni Appostolika hi frott tal‑Assemblea Ġenerali Ordinarja tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet li saret f’Ruma bejn il‑5 u s‑26 ta’ Ottubru 2008… Kompli aqra »

L-Arċisqof jordna djaknu ġdid

Is-seminarist Andrew Camilleri ser jiġi ordnat djaknu mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum 20 ta’ Jannar 2020. Il-Quddiesa ser issir fir-residenza ta’ St Vincent de Paule, Ħal Luqa. Camilleri huwa mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż-Żurrieq, u bħalissa qed jaħdem fiċ-Ċentru Internazzjonali tal-Moviment tal-Fokolari f’Ruma, l-Italja.

Permezz tal‑ordinazzjoni, id‑djaknu l‑ġdid isir xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd. Id‑dmirijiet tad‑djaknu huma li l‑ewwel u qabel kollox jiddedika ħajtu għal qadi bl‑imħabba (djakonija) fis‑servizz tiegħu lejn il‑poplu, jassisti lill‑isqof u lis‑saċerdoti fiċ‑ċelebrazzjoni tal‑misteri qaddisa, l‑aktar tal‑Ewkaristija, jamministra s‑Sagrament tal‑Magħmudija, jassisti għaż‑żwieġ u jbierku, ixandar l‑Evanġelju u jipprietkah, u jmexxi funerali… Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2020

In-Nawfraġju ta’ San Pawl u l-laqgħa li tawh il-Maltin huma t-tema għal din il-ġimgħa ta’ talb

Mil‑lum is‑Sibt, 18 ta’ Jannar 2020, l‑Insara kollha madwar id‑dinja qed jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara, li tintemm nhar is‑Sibt, 25 ta’ Jannar. Matul din il‑ġimgħa l‑Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku, bit‑tema għal din is‑sena tkun “Ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2), meħuda mir‑rakkont tan‑Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta u l‑laqgħa li tawh il‑Maltin… Kompli aqra »

L-inawgurazzjoni tas-Sena Ġudizzjarja tat-Tribunali Ekkleżjastiċi ta’ Malta u Għawdex

  Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta

It-Tribunali tal-Knisja tal-Provinċja Ekkleżjastika Maltija ċċelebraw l-inawgurazzjoni tas-Sena Ġudizzjarja nhar l-Erbgħa 15 ta’ Jannar 2020, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta.

Il-Lectio Magistralis din is-sena ngħatat mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fejn spjega kif id-dokument leġiżlattiv tal-Papa Franġisku Vos estis lux mundi (Intom id-Dawl tad-Dinja) ġie promulgat u kif intlaqa’ mill-Knisja. Dan id-dokument importanti daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2019 u jinkludi normi proċedurali li jorbtu lill-Knisja Kattolika madwar id-dinja… Kompli aqra »