Stqarrijiet għall-Istampa

Restawrata l-pittura fl-apside tal-Katidral tal-Imdina

  • Tlesta x‑xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq il‑pittura fl‑apside tal‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, li sar mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta b’kofinanzjament minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Dan il‑proġett b’investiment ta’ €70,000 ġie inawgurat mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi.

    Il‑pittura li ġiet irrestawrata kienet ikkummissjonata lil Mattia Preti fl‑1688 u saret fuq il‑ħajt tal‑knisja l‑antika, jiġifieri dik li kien hemm qabel it‑terremot tal‑1693…

  • Kompli aqra »

Baġit 2020: Naħsbu fil-ġid komuni fit-tul

Il-proposti tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

  • B’rabta mad‑dokument ta’ qabel il‑Baġit 2020 ‘Sustaining Inclusive Growth’, il‑Kummissjoni Djoċesana Ġustizzja u Paċi laqgħet l‑istedina għall‑konsultazzjoni u għaldaqstant ħejjiet numru ta’ osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet li qed tippreżenta għal konsiderazzjoni. Ir‑rakkomandazzjonijiet tqassmu fi tliet gruppi li jirriflettu tlieta mill‑miri għall‑iżvilupp sostenibbli tan‑Nazzjonijiet Magħquda għall‑2030 (Sustainable Development Goals ‑ SDGs) tan‑Nazzjonijiet Magħquda. Ta’ min wieħed jinnota li dawn ir‑rakkomandazzjonijiet tfasslu wara eżerċizzju ta’ konsultazzjoni ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu b’mod kontinwu ma’ gruppi differenti fis‑soċjetà fi ħdan il‑Knisja f’Malta…

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Kurja Arċiveskovili dwar l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljajru Joseph Galea-Curmi jifirħu lill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech għall-ħatra tiegħu mill-Q.T. il-Papa Franġisku, bħala Prosegretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. Huma jirringrazzjaw mill-qalb lill-Isqof Grech għall-ħidma tiegħu tul dawn l-aħħar 14-il sena, kemm bħala ragħaj tad-Djoċesi ta’ Għawdex kif ukoll bħala kollaboratur ewlieni fil-Konferenza Episkopali Maltija.

    L-Arċisqof Scicluna u l-Isqof Galea-Curmi jwiegħdu t-talb tagħhom u tal-Knisja f’Malta għall-Isqof Mario Grech u għad-Djoċesi ta’ Għawdex…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Ottubru 2019

  • It-Tlieta, 1 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    L-Erbgħa 2 ta’ Ottubru, fl-10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Jum l-Armata, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta

  • Kompli aqra »

L-ebda persuna m’għandha tispiċċa fl-iskart tal-istorja – L-Isqof Joseph Galea-Curmi

Quddiesa fl-okkażjoni ta' Jum il-Migranti u r-Refuġjati

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja tas-Salib Imqaddes tal-Kappuċċini, il-Furjana
    Il-Ħadd 29 ta’ Settembru, 2019

    Qalb il-ħidma vasta tal-Knisja f’Malta għar-rispett lejn id-dinjità tal-bniedem sħiħ, żgur li tolqtok il-ħidma li ssir mal-migranti u r-refuġjati. Hija ħidma li ilha s-snin u li bdiet l-ewwel nett permezz tal-Kummissjoni Emigranti, ħidma ħafna drabi fis-skiet u fil-kwiet imma b’mod effettiv…

  • Kompli aqra »

Il-Knisja tgħaddi propjetà tagħha lil Hospice Malta

Se jinbdew ix-xogħlijiet fuq il-kumpless ta’ kura St Michael Hospice

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna għadda formalment il‑bini u l‑art tal‑knisja magħrufa bħala l‑Istitut Adelaide Cini f’Sta Venera liċ‑Chairperson ta’ Hospice Malta, Maria Gatt, biex jitwaqqaf St Michael’s Hospice, l‑ewwel kumpless state‑of‑the‑art li se jipprovdi kura paljattiva komprensiva.

    Iċ‑ċerimonja nżammet fil‑festa tal‑Arkanġlu San Mikiel, nhar il‑Ħadd 29 ta’ Settembru, fl‑istess bini li se jilqa’ l‑ewwel pazjenti fi żmien sentejn, wara li jkun sar ix‑xogħol meħtieġ ta’ rinovazzjoni…

  • Kompli aqra »

Il-Palazz tal-Arċisqof jiftaħ il-bibien tiegħu għal Notte Bianca

  • Il‑Palazz tal‑Arċisqof fil‑Belt Valletta ser jerġa’ jiftaħ il‑bibien tiegħu waqt Notte Bianca 2019, nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru. Dakinhar, il‑viżitaturi jistgħu jżuru bosta kmamar fil‑palazz fosthom il‑piano nobile li jinkludi s‑sala tat‑tron, il‑biblijoteka storika tas‑seklu 18 u l‑ġnien bis‑siġar taċ‑ċitru. Il-Palazz jinsab fin-naħa t’isfel ta’ Triq l-Arċisqof qrib Misraħ l-Indipendenza.

    Għall‑okkażjoni ser tittella’ wirja ta’ dokumenti dwar l‑istorja tal‑bini nnifsu…

  • Kompli aqra »

Knisja li tħares ‘il quddiem – lecture minn Discern

  • Discern, the Institute for Research of the Signs of the Times, will be holding the Gaudium et Spes Lecture 2019 on the theme ‘A Church that looks forward’.

    The guest speaker will be David McLoughlin, Emeritus Fellow of Christian Theology at Newman University, who will look at the Church in the context of the culture wars in many countries today…

  • Kompli aqra »

Aġġornata: Stqarrija dwar l-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona

  • L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ġie rilaxxat mill-isptar illejla.

    .

    Aktar kmieni: Illum, 23 ta’ Settembru 2019, waranofsinhar l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ħassu ma jiflaħx u ttieħed l-isptar fejn qed jinżamm għall-osservazzjoni.

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna żar u awgura fejqan ta’ malajr lil Mons. Cremona u wegħdu t-talb tal-Knisja f’Malta f’dan il-mument.

  • Kompli aqra »

Imħabba vera u rispett sinċier lejn il-Ħolqien

Sommarju tal-istqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA)

  • Fl‑okkażjoni tax‑Xahar tal‑Ħolqien, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tefgħet l‑lenti tagħha fuq xi eżempji ta’ greenwashing li rat iseħħu f’pajjiżna matul is‑16‑il sena li ilha mwaqqfa. Greenwashing isir meta xi ħadd bi kliemu jagħti l‑impressjoni li qed iħares l‑ambjent, meta fil‑verità jkun qed jagħmel xort’oħra. Il‑KA hi kritika ħafna tal‑mod kif dikjarazzjonijiet pubbliċi jippruvaw jiksbu kredibbiltà billi jiddikjaraw li deċiżjonijiet li se jittieħdu huma bbażati fuq studji xjentifiċi li, ħafna drabi, qatt ma jkunu ppubblikati u disponibbli għall‑iskrutinju pubbliku…

  • Kompli aqra »