Rapport Finanzjarju 2018 tal-Arċidjoċesi ta’ Malta: Żieda sostanzjali fis-sussidji għad-djar tal-anzjani tal-Knisja
31/07/2019-
Fl-2018 l-Arċidjoċesi ta’ Malta, li tiġbor fiha aktar minn mitt entità u timpjega aktar minn 1,200 persuna, irreġistrat żbilanċ marġinali ta’ €137,000. Fis-sena ta’ qabel, l-Arċidjoċesi kienet irreġistrat surplus ta’ €370,000.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Dar Ġesù Nazzarenu, iż-Żejtun, fejn qed isiru x-xogħlijiet biex ix-xelter immexxi mill-Knisja għall-vittmi ta’ vjolenza domestika jiġi trasferit minn Dar Qalb ta’ Ġesù fil-Ħamrun għal ġo din id-dar…