• Is‑Sibt 1 ta’ Ġunju 2019, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa f’għeluq il‑50 sena tal‑Parroċċa San Ġwann tas‑Salib, Ta’ Xbiex.

    Il‑Ħadd 2 ta’ Ġunju, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa San Pietru fil‑Ktajjen, Birżebbuġa. Fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Josef Mifsud bħala l‑arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa San Nikola ta’ Bari, is‑Siġġiewi.

    Il‑Ġimgħa 7 ta’ Ġunju, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju tal‑vittmi tas‑Sette Giugno, fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann.

    Is‑Sibt 8 ta’ Ġunju, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa tal‑Immakulata Omm il‑Knisja, l‑Ibraġ. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa Familja Mqaddsa, l‑Iklin.

    Il‑Ħadd 9 ta’ Ġunju, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, u jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑Parroċċi tal‑Belt u l‑Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu, Tas‑Sliema. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta. Fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fis‑Santwarju tal‑Ħniena Divina, in‑Naxxar.

    Il‑Ħadd 16 ta’ Ġunju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz, il‑Birgu fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali f’din il‑parroċċa. Matul il‑Quddiesa l‑Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Ewwel Tqarbina.  

    It‑Tlieta 18 ta’ Ġunju, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, mal‑parteċipanti tal‑laqgħa annwali tal‑uffiċjali tal‑midja u l‑kelliema tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE).

    Il‑Ġimgħa 21 ta’ Ġunju, fis‑6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja tal‑Lunzjata bħala parti mill‑Viżta Pastorali fil‑Parroċċa tal‑Birgu.

    Is‑Sibt 22 ta’ Ġunju, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ nazzjonali u jiċċelebra Quddiesa fis‑Santwarju tal‑Madonna Ta’ Pinu, Għawdex.

    Il‑Ħadd 23 ta’ Ġunju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal fis‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil‑Katidral tal‑Imdina, flimkien mal‑Kapitlu Metropolitan. Il‑Quddiesa tkompli bil‑purċissjoni bl‑Ewkaristija mat‑toroq ewlenin tal‑Imdina. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    It‑Tnejn 24 ta’ Ġunju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fil‑festa tat‑Twelid ta’ San Ġwann Battista u wara ssir r‑repożizzjoni tar‑relikwa. Mal‑Arċisqof jikkonċelebraw grupp ta’ saċerdoti li ġew ordnati fl‑1969. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Is‑Sibt 29 ta’ Ġunju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal fis‑Solennità tal‑Martirju ta’ San Pietru u San Pawl, flimkien mal‑Kapitlu Metropolitan, fil‑Katidral tal‑Imdina. Fi tmiem il‑Quddiesa ssir ir‑repożizzjoni tar‑relikwi. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il‑Ħadd 30 ta’ Ġunju, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi.