Stqarrijiet għall-Istampa

Maestro di Cappella ġdid għall-Katidral Metropolitan

    • L-Arċidjoċesi ta’ Malta ħatret lis-Surmast Christopher Muscat bħala l-Maestro di Cappella tal-Katidral Metropolitan. L-irwol tal-Maestro di Cappella hu li jipprepara u jidderieġi l-mużika u l-kor fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina, u fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, kif ukoll jippromwovi l-mużika liturġika fl-Arċidjoċesi ta’ Malta.

      Is-Surmast Christopher Muscat, li hu kompożitur u direttur, ilu involut fil-mużika sagra sa mill-età ta’ 10 snin meta kien membru tal-kor tal-Konkatidral ta’ San Ġwann…

  • Kompli aqra »

Appell mill-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja għal studju nazzjonali dwar il-proprjetà

  • Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) stiednet mill-ġdid lill-Gvern biex iniedi studju nazzjonali dwar il-proprjetà. Il-Kummissjoni għamlet dan l-appell f’ittra mibgħuta lill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, fejn talbet li din il-proposta tiġi kkunsidrata fil-Baġit għas-sena d-dieħla. Din hija t-tielet sena konsekuttiva li l-KA qed tagħmel din it-talba lill-Gvern.

    Il-kummissjoni tqis li l-ħtieġa għal dan l-istudju hija urġenti hekk kif is-sitwazzjoni tal-proprjetà saret iktar serja mill-aspett soċjo-ambjentali…

  • Kompli aqra »

Messaġġ mill-Arċisqof Scicluna fl-ewwel anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia


  • Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi, il-Belt Valletta
    16 ta’ Ottubru 2018

     

  •  

    F’għeluq l‑ewwel anniversarju mill‑assassinju tal‑ġurnalista Daphne Caruana Galizia, iltqajna għal darb’oħra madwar il‑mejda tal‑Ewkaristija li tfakkarna fl‑akbar inġustizzja: il‑qtil ta’ Ġesù, vittma innoċenti; kif ukoll fl‑għotja ta’ mħabba sħiħa tiegħu fuq is‑salib, u fir‑rebħa tiegħu fuq il‑ħażin u fuq il‑mewt…

  • Kompli aqra »

Inġeddu l-mod ta’ x’nifhmu bi progress

Il-proposti mressqa mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi għall-Baġit 2019

  •  

  • Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi temmen li l‑prosperità finanzjarja li għaddej bħalissa minnha l‑pajjiż għandha tissarraf fi kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd. Fid‑dokument tagħha bil‑proposti għal qabel il‑Baġit 2019, il‑kummissjoni ppreżentat rakkomandazzjonijiet marbuta ma’ ħames oqsma ewlenin: it‑trasport, l‑ambjent, is‑saħħa, l‑akkomodazzjoni affordabbli u l‑migrazzjoni.

    Trasport: Huma meħtieġa aktar soluzzjonijiet fit‑tul flok dawk temporanji. Dawn jistgħu jinkludu titjib fl‑infrastruttura tagħna biex tkun tista’ tippermetti li t‑trasport pubbliku, il‑carpooling, il‑mixi u ċ‑ċikliżmu verament ikomplu jsiru alternattivi validi għall‑vetturi privati…

  • Kompli aqra »

Prevenzjoni, azzjoni f’waqtha u każijiet riferuti lill-Pulizija

Ir-rapport annwali tas-Safeguarding Commission għas-sena 2017

  • Id‑deċiżjoni tal‑Isqfijiet Maltin li jipprojbixxu saċerdot milli jkompli jeżerċita l‑ministeru tas‑saċerdozju, minkejja d‑deċiżjoni tal‑Qorti tal‑Appell, turi li l‑Knisja timxi bi kriterji speċifiċi u aktar stretti minħabba r‑responsabbiltà li l‑liġi tal‑Knisja tpoġġi fuq kull membru tal‑kleru. Dan qalu l‑Kap tas‑Safeguarding Commission, Andrew Azzopardi, waqt il‑preżentazzjoni tar‑rapport annwali tal‑kummissjoni tal‑Knisja responsabbli mill‑ħarsien tat‑tfal u l‑adulti vulnerabbli.

    Andrew Azzopardi qal li din l‑istess responsabbiltà u ħtieġa ta’ azzjoni aktar immedjata kienet wasslet lill‑Isqfijiet Maltin u lill‑ordnijiet reliġjużi biex fl‑2015 iwaqqfu s‑Safeguarding Commission – grupp ta’ professjonisti minn oqsma differenti li jaħdmu b’mod awtonomu u jagħtu rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw allegazzjonijiet ta’ abbuż fil‑Knisja…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Balluta


    • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Patri Renald Lofreda O.Carm bħala kappillan tal‑parroċċa tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Balluta.

      Patri Renald Lofreda twieled fid‑9 ta’ Settembru 1978 u għadda ħafna mit‑tfulija tiegħu fil‑parroċċa ta’ Santa Venera fejn sar jaf lill‑patrijiet tal‑Ordni Karmelitan. Huwa daħal mal‑Karmelitani fl‑1996 u għamel in‑novizzjat f’Pisa, l‑Italja, bejn Awwissu tal‑1998 u Settembru tal‑1999…

  • Kompli aqra »

Il-Knisja f’Malta tagħti proprjetà biex jitwaqqaf food bank

Ftehim bejn l-Arċidjoċesi ta' Malta u l-Malta Food Bank Foundation


  •  

  • L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑Malta Food Bank Foundation iffirmaw ftehim uffiċjali għat‑twaqqif tal‑ewwel food bank tax‑xorta tiegħu f’Malta. Dan is‑servizz li ser jitmexxa mill‑Malta Food Bank Foundation (MFBF) huwa intenzjonat li jiġbor ikel żejjed sabiex jitqassam lill‑għaqdiet mhux governattivi li jgħinu lill‑persuni foqra u dawk f’riskju ta’ faqar. 

    Il‑proprjetà tal‑Knisja li ngħatat lill‑MFBF għal żmien definit tinsab fil‑Ħamrun maġenb il‑knisja tal‑Kunċizzjoni u kienet tintuża minn Dar Fra Diegu bħala maħżen tal‑ikel…

  • Kompli aqra »

Il-Proġett tas-sit tal-Kunvent Santa Rita

Rapport mill-Kumissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • Wara talba mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) ħejjiet il‑kummenti tagħha fuq l‑applikazzjoni nru PA105981/17 għall‑iżvilupp fuq is‑sit maġenb il‑Kunvent Santa Rita f’Paceville. Il‑proġett propost jinkludi binja ta’ 12‑il sular li toffri akkomodazzjoni ta’ erba’ stilel, uffiċċji, skola tal‑lingwi u uffiċċji fil‑livell ta’ taħt, u parkeġġ ta’ ħames sulari taħt l‑art għal 246 karozza.

    Fit‑tħejjija tar‑rapport, il‑KA mxiet fuq l‑applikazzjoni li ġiet sottomessa lill‑Awtorità tal‑Ippjanar u l‑pjanti li kienu għad‑dispożizzjoni tal‑pubbliku fit‑30 ta’ Lulju 2018…

  • Kompli aqra »

Il-Palazz tal-Arċisqof b’attrazzjoni ġdida waqt in-Notte Bianca 2018


  • Wara proġett ta’ restawr u konservazzjoni, il‑pittura tal‑Isqof Pawlu Alpheran de Bussan tal‑artist Francesco Zahra tinsab lura fil‑Palazz tal‑Arċisqof, il‑Belt Valletta. Il‑kwadru, li reġa’ sab postu fis‑Sala tat‑Tron, jista’ jiġi apprezzat mill‑pubbliku nhar is‑Sibt li ġej, 6 ta’ Ottubru, waqt is‑serata tan‑Notte Bianca.

    L‑istudji u x‑xogħol ta’ restawr u konservazzjoni saru bejn Awwissu u Diċembru 2017 mid‑ditta Atelier del Restauro, taħt it‑tmexxija ta’ Valentina Lupo u Maria Grazia Zenzani…

  • Kompli aqra »

Kummissjoni Dottrinali ġdida fi ħdan il-Konferenza Episkopali Maltija

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna waqqaf il‑Kummissjoni Dottrinali fi ħdan il‑Konferenza Episkopali Maltija, u ħatar lil Mons. Hector Scerri bħala president ta’ din il‑kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin.

    Il‑Kummissjoni Dottrinali ser tagħti l‑kontribut tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet marbuta mal‑fidi u l‑moralità Nisranija, u twassal ir‑riflessjoni tagħha lill‑Isqfijiet. Bil‑pariri tagħha, il‑Kummissjoni Dottrinali ser tgħin ukoll lill‑Konferenza Episkopali fit‑tħejjija ta’ dokumenti li jgħinu lill‑poplu f’Malta u Għawdex fuq diversi aspetti tal‑fidi Nisranija…

  • Kompli aqra »