L-Arċisqof fil-Vatikan għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ
02/10/2018-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum ħalla Malta għal Ruma biex jieħu sehem fil‑15‑il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet fil‑Vatikan, bit‑tema ‘Iż‑Żgħażagħ, il‑Fidi u d‑Dixxerniment Vokazzjonali’. Is‑Sinodu ser jibda għada l‑Erbgħa, 3 ta’ Ottubru u jintemm il‑Ħadd, 28 ta’ Ottubru 2018.
Għal dan is‑Sinodu li sejjaħ il‑Papa Franġisku ser jattendu 165 isqof, kif ukoll numru ta’ żgħażagħ minn madwar id‑dinja li flimkien ser jiddiskutu kif il‑Knisja twassal il‑messaġġ tagħha lill‑ġenerazzjoni żagħżugħa, u kif iż‑żgħażagħ stess jistgħu jwasslu l‑Bxara t‑Tajba tal‑Evanġelju…