Stqarrijiet għall-Istampa

Il-ħasil tar-riġlejn mill-Arċisqof Scicluna

  • Din is‑sena, f’Ħamis ix‑Xirka filgħaxija, waqt it‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna xtaq li jaħsel riġlejn ta’ tfal, adolexxenti u żgħażagħ minn realtajiet differenti. Dan fil‑kuntest tal‑laqgħat li l‑Arċisqof qed jagħmel bi tħejjija għas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar iż‑żgħażagħ imsejjaħ mill‑Papa Franġisku, li ser isir f’Ottubru li ġej fil‑Vatikan. dawk li ġew mistiedna mill‑Arċisqof għall‑ħasil tar‑riġlejn il-bieraħ filgħaxija huma:

    • Sitt itfal u adolexxenti uħud minnhom mill‑Kummissjoni Djoċesana Tfal,
    • Tliet żgħażagħ li jwettqu ħidma volontarja u pastorali fi gruppi taż‑żgħażagħ,
    • Żewġ koppji żgħażagħ miżżewġa,
    • Żewġ priġunieri żgħażagħ…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof matul il-Ġimgħa Mqaddsa 2018

  • Nhar il-Ħadd li ġej, 25 ta’ Marzu, il-Knisja tagħti bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa biċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm u l‑Passjoni tal‑Mulej. L-Arċisqof Charles J. Scicluna, fl-10:30 a.m., ibierek il-friegħi tal-palm u taż‑żebbuġ, u wara jiċċelebra Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul il-Quddiesa jinqara r‑rakkont tal‑passjoni mill‑Evanġelju skont San Mark.

    L‑Erbgħa, 28 ta’ Marzu, fis‑7:30 p.m., l-Arċisqof ser imexxi l‑Via Sacra Djoċesana li tibda minn ħdejn l-istatwa ta’ Kristu Re (quddiem il-lukanda Phoenicia) u tintemm quddiem il‑Konkatidral ta’ San Ġwann…

  • Kompli aqra »

Via Sacra Djoċesana 2018

  • Il‑Via Sacra Djoċesana mmexxija mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser issir nhar l‑Erbgħa, 28 ta’ Marzu 2018. Il‑Via Sacra tibda fis‑7:30pm minn ħdejn l‑istatwa ta’ Kristu Re (quddiem il‑lukanda Phoenicia), u tintemm quddiem il‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Fl‑okkażjoni tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar iż‑Żgħażagħ imsejjaħ mill‑Papa Franġisku, li ser isir f’Ottubru li ġej fil‑Vatikan, l‑Arċisqof talab lil żgħażagħ minn gruppi differenti jħejju r‑riflessjonijiet tal‑Via Sacra…

  • Kompli aqra »

Sentejn mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca

    • Fl‑okkażjoni tat‑tieni anniversarju mill‑mewt tal‑Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, nhar l‑Erbgħa, 21 ta’ Marzu 2018, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Mons. Mercieca. Din ser issir fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun, il‑parroċċa fejn miet, fis-6:30pm.

      L‑Insara huma mistiedna jattendu għal din il-Quddiesa u jkomplu jitolbu għal Mons. Ġużeppi Mercieca li miet fil‑21 ta’ Marzu 2016, fl‑età ta’ 87 sena…

  • Kompli aqra »

Tħassib dwar ċerti deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi

Stqarrija mil-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) hija waħda mill‑entitajiet li kienet issuġġeriet li l‑Awtorità Maltija dwar l‑Ambjent u l‑Ippjanar (MEPA) kellha tinqasam f’żewġ awtoritajiet[1] sabiex ikun żgurat li interessi ambjentali ma jkunux fgati minn interessi oħra li ma jikkontribwixxux għal titjib fil‑kwalità tal‑ħajja taċ‑ċittadini. Madanakollu, kienet il‑KA ukoll li uriet it‑tħassib tagħha dwar il‑mod kif saret il‑qasma tal‑MEPA fl‑Awtorità tal‑Ippjanar (PA) u l‑Awtorità għall‑Ambjent u r‑Riżorsi (ERA)…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jasal lura Malta

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna wasal lura Malta llum waranofsinhar wara ġimagħtejn fiċ‑Ċilì fuq xogħol assenjat lilu mill‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku. Fl‑Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġie milqugħ minn ommu, ħutu u qraba oħra, u mill‑Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi.

    L‑Arċisqof ser ikompli bil‑ħidma tiegħu fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, bl‑ewwel impenn pubbliku jkun nhar il‑Ġimgħa 9 ta’ Marzu. Dakinhar Mons…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Marzu 2018

  • Il‑Ġimgħa 9 ta’ Marzu 2018, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa bl‑istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, fil‑Bażilika tal‑Isla.

    Il‑Ħadd 11 ta’ Marzu, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Savio College, Ħad-Dingli, fil-50 anniversarju mit-twaqqif tal-iskola.

    Is-Sibt 17 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Martin Cardona bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa ta’ Ħal Kirkop…

  • Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tifraħ lill-Arċisqof-elett Mons. Alfred Xuereb

  • L‑Arċidjocesi ta’ Malta tifraħ lill‑Arċisqof-elett, Mons. Alfred Xuereb, għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku ta’ Nunzju Appostoliku fil‑Korea ta’ Isfel u l-Mongolja. L‑Arċidjoċesi ta’ Malta tingħaqad mad‑Djoċesi ta’ Għawdex fit‑talb għall‑Arċisqof-elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida tiegħu.

  • Profil ta’ Mons. Alfred Xuereb
  • Mons. Alfred Xuereb twieled il-Belt Victoria, Għawdex, fl-14 ta’ Ottubru 1958. Huwa għamel l-istudji filosofiċi u teoloġiċi tiegħu fis-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex…

  • Kompli aqra »

‘Ngħożżu dak li huwa sabiħ u tajjeb’ – Ittra Pastorali għar-Randan 2018

  • Messaġġ qasir mill-Arċisqof għar-Randan
  • 
  • L-Ittra Pastorali mill-Isqfijiet
  • Ta’ kull sena, fit‑Tieni Ħadd tar‑Randan, il‑Knisja tlaqqagħna mal‑esperjenza ta’ Ġesù u tliet dixxipli magħżula minnu, fuq muntanja għolja. Din insejħulha l‑esperjenza tat‑Trasfigurazzjoni.

    L‑Evanġelju ta’ San Mark jgħidilna li “Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof joħroġ mill-isptar

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llejla ħareġ mill-Isptar ta’ San Carlos de Apoquindo, f’Santiago, iċ‑Ċilì, fejn kien rikoverat għal dawn l‑aħħar tlitt ijiem.

    Mons. Scicluna ser jagħmel perjodu ta’ konvalexxenza fin‑Nunzjatura Appostolika taċ‑Ċilì, fejn mistenni jkompli bil‑ħidma relatata mal‑missjoni li fdalu l‑Papa Franġisku.

  • Ritratt: iglesia.cl

  • Kompli aqra »