Stqarrijiet għall-Istampa

Ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-Insara

  • Bejn nhar il‑Ħamis, 18 ta’ Jannar, u l-Ħamis, 25 ta’ Jannar 2018, ser tiġi ċċelebrata l‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara. Matul din il‑ġimgħa, il‑Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku, bit‑tema għal din is‑sena tkun “Lemintek, Mulej, issebbħet fil‑qawwa” (Eż 15:6).

    Għal din l‑okkażjoni, nhar il‑Ġimgħa, 19 ta’ Jannar 2018, fis‑6:30 p.m., ser jiġi ċċelebrat Servizz Ekumeniku fil‑Bażilika tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, l‑Isla…

  • Kompli aqra »

Iż-żgħażagħ: Element essenzjali f’komunità ta’ fidi

Live-in tal-Kappillani 2018

  • Fid‑dawl tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar “Iż‑Żgħażagħ, il‑Fidi u d‑Dixxerniment Vokazzjonali” li sejjaħ il‑Papa Franġisku f’Ottubru li ġej, il‑kappillani tas‑70 parroċċa ddiskutew ir‑realtà taż‑żgħażagħ waqt il‑live‑in annwali tal‑kappillani. Dan sar bejn it‑Tlieta, 9 ta’ Jannar u l‑Ħamis, 11 ta’ Jannar 2018, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

    Matul il‑live‑in, li għalih kien preżenti l‑Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Quddies għall-koppji miżżewġa u għall-għarajjes

  • Il-Moviment ta’ Kana stieden lill-koppji għarajjes li ser jiżżewġu din is-sena u dawk li żżewġu s-sena l-oħra għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Il-Quddiesa għall-koppji li ser jiżżewġu din is-sena ser ssir nhar is-Sibt, 13 ta’ Jannar 2018, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fil-5:30 p.m. Din ser titmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna li wara l-Quddiesa ser jiltaqa’ mal-koppji għarajjes.

    Il-Quddiesa għall-koppji li ngħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ fl-2017, saret is-Sibt, 6 ta’ Jannar 2018, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann…

  • Kompli aqra »

Live: Il-Quddiesa tal-funeral tal-Isqof Adeodato Micallef O.C.D.

  • Il‑Quddiesa praesente cadavere tal‑Isqof Francesco Adeodato Micallef O.C.D., ser issir is‑Sibt 6 ta’ Jannar 2018, fid‑9:30 a.m., fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Jippresiedi l-Quddiesa l‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Miegħu ser jikkonċelebraw: Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritu, Mons. Paul Darmanin O.F.M. Cap., Isqof Emeritu ta’ Garissa, Kenja, Mons. Camillo Ballin M.C.C.J., Isqof u Vigarju Appostoliku fil‑Kuwait, u Fr Konrad Grech S.J., rappreżentant tan‑Nunzjatura Appostolika f’Malta…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Emanuel Barbara jgħaddi għall-ħajja ta’ dejjem

  • Tħabbret il-mewt ta’ Mons. Emanuel Barbara O.F.M. Cap., Isqof ta’ Malindi, il-Kenja. L-Isqof Barbara li huwa mill-Gżira miet matul il-lejl li għadda fir-residenza tiegħu f’Malindi, il-Kenja, fl-età ta’ 68 sena.

  • Bijografija
  • L-Isqof Emanuel Barbara OFMCap twieled fis-27 ta’ Ottubru 1949 fil-Gzira. Wara li ħass lil Alla jsejjaħlu biex jingħaqad mal-Aħwa Minuri Kapuċċini, huwa ġie aċċettat bħala novizz fid-19 ta’ Settembru 1965.  Fis-26 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara huwa għamel l-ewwel Wegħdiet Reliġjużi tiegħu…

  • Kompli aqra »

Erba’ Kandidati Ġodda għas-Saċerdozju

  • Erba’ seminaristi fil‑ħames sena ta’ preparazzjoni fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, ser jitolbu lill‑Arċisqof Charles J. Scicluna biex jaċċettahom uffiċjalment bħala kandidati għall‑Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ‑ċelebrazzjoni ser issir nhar il‑Ħadd 7 ta’ Jannar 2018, waqt il‑Quddiesa tal‑Epifanija fil‑Konkatridral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:15 a.m.

    Osmar Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ San Nikola, is‑Siġġiewi, David Borg mill‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar, Christopher Bugeja mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat, u Jonathan Debattista mill‑Parroċċa ta’ Marija Lunzjata, Ħal Tarxien, ser jistqarru pubblikament ir‑rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill‑Knisja biex iservu bħala saċerdoti…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Jannar 2018

  • It‑Tnejn 1 ta’ Jannar 2018, fid‑9.00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq Radju RTK u TVM.

    Il‑Ġimgħa 5 ta’ Jannar, fil‑12:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑uffiċċini tal‑Aġenzija Appoġġ, għall‑impjegati tal‑Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lill‑Kan…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Diċembru 2017

  • Is‑Sibt 2 ta’ Diċembru, fl‑4:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Fleur‑de‑Lys.

    Il‑Ħadd 3 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna tas‑Sacro Cuor, Tas‑Sliema. Fl‑4:30 p.m., l‑Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

    L‑Erbgħa 6 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑Milied mal‑istudenti tal‑iskejjel tal‑Knisja u tal‑istat fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Novembru 2017

  • L‑Erbgħa 1 ta’ Novembru, Festa tal-Qaddisin kollha, fil‑5:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħlaq il‑proċess Djoċesan għall‑kawża tal‑Beatifikazzjoni tal‑Qaddej ta’ Alla Patri Avertan Fenech OC, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fis‑6:00 p.m. Iċ‑ċelebrazzjoni tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il‑Ħamis 2 ta’ Novembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit‑Tifkira Solenni tal‑Mejtin kollha, fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid…

  • Kompli aqra »