• Bejn nhar il‑Ħamis, 18 ta’ Jannar, u l-Ħamis, 25 ta’ Jannar 2018, ser tiġi ċċelebrata l‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara. Matul din il‑ġimgħa, il‑Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku, bit‑tema għal din is‑sena tkun “Lemintek, Mulej, issebbħet fil‑qawwa” (Eż 15:6).

    Għal din l‑okkażjoni, nhar il‑Ġimgħa, 19 ta’ Jannar 2018, fis‑6:30 p.m., ser jiġi ċċelebrat Servizz Ekumeniku fil‑Bażilika tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, l‑Isla. L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jippresiedi dan is-Servizz Ekumeniku Djoċesan. Kulħadd huwa mistieden jattendi.