Stqarrijiet għall-Istampa

Se terġa’ ssir l-Ikla tal-Milied ta’ Caritas Malta

Jibdew it-tħejjijiet għat-tmien edizzjoni tal-Ikla fil-Kurja

  Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għat‑tmien sena Caritas Malta qed tistieden lil dawk il‑persuni li jinsabu weħidhom jew m’għandhomx il‑mezzi sabiex din is‑sena jqattgħu Milied b’dinjità u jiġu jieklu flimkien għall‑ikla tal‑Milied fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana.

Is‑sena li għaddiet, madwar 500 persuna nġabru fil‑Kurja u qattgħu jum il‑Milied flimkien hekk kif darba fis‑sena, il‑Kurja tinbidel f’restorant kbir u ssir post ta’ laqgħa fejn tilqa’ lill‑fqir u lil min għaddej mit‑tbatija… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Diċembru 2023

Matul ix‑xahar ta’ Diċembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ġimgħa 1 ta’ Diċembru, fis-7pm, Mons… Kompli aqra »

Knisja mibgħuta biex tilħaq lin-nies

Jitnieda l-proċess ‘Knisja li Toħroġ’ fl-Assemblea Djoċesana 2023

  Iċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta nediet ir‑raba’ sena tal‑proċess ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed: Knisja li Toħroġ’. Dan sar waqt l‑Assemblea Djoċesana annwali li ġiet fi tmiemha l‑Ġimgħa 24 ta’ Novembru 2023. Matul l‑Assemblea, iI‑grupp ta’ ħidma ta’ Knisja li Takkumpanja ta rendikont dwar xogħlu fejn ħass li jeħtieġ ikun hemm iktar għarfien fost l‑entitajiet tal‑Knisja stess kif ukoll li jissaħħaħ ix‑xogħol ta’ akkumpanjament li diġà jsir minnhom permezz ta’ formazzjoni… Kompli aqra »

Isqfijiet Ewropej se jiltaqgħu f’Malta biex jiddiskutu l-fidi Nisranija fl-Ewropa

Malta tospita l-Assemblea Plenarja tas-CCEE 2023

L-Isqfijiet Ewropej waqt l-Assemblea Kontinentali tas-Sinodu li saret fi Frar 2023

Madwar 40 isqof mill‑Ewropa se jattendu għall‑Assemblea Plenarja tal‑Kunsill tal‑Konferenzi tal‑Isqfijiet Ewropej (CCEE) li għall‑ewwel darba se ssir f’Malta, organizzata mill‑Konferenza Episkopali Maltija. Waqt din l‑assemblea, li kull sena ssir f’wieħed mill‑pajjiżi membri tal‑Kunsill, l‑isqfijiet se jiddiskutu t‑tema ‘Passi Ġodda għal Knisja Sinodali fl‑Ewropa’. Dan wara s‑Sinodu ppresjedut mill‑Papa Franġisku, li l‑ewwel parti tiegħu ntemmet ix‑xahar li għadda… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet djoċesani fil-festa ta’ Kristu Re

Nhar il‑Ħadd li ġej il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra l‑festa ta’ Kristu Re. B’rabta ma’ din il‑festa hekk importanti għall‑Knisja Kattolika, fil‑jiem li ġejjin il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra tliet ċelebrazzjonijiet djoċesani importanti. Din is‑sena l‑Assemblea Djoċesana se terġa’ ssir fuq jumejn waqt li il‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ se jiġi ċelebrat permezz tal-attività Encounter.

L‑Assemblea Djoċesana

Għada l‑Ħamis 23 ta’ Novembru u l‑Ġimgħa 24 ta’ Novembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana li se tkun ippreseduta mill‑Arċisqof Charles Scicluna… Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr tal-Knisja ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ

Tlesta l-proġett ta’ restawr fuq il-Knisja Arċipretali ta’ San Filep t’Agira f’Ħaż-Żebbuġ, proġett li sar b’investiment ta’ €113,000, b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett ġie inawgurat illum mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u l-Ministru għall-Fondi Ewropej Silvio Schembri. Preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross u l-Arċipriet Dun Albert Buhagiar.

Permezz ta’ dan il-proġett, li għalih ikkontribwixxew ukoll il-parruċċani ta’ Ħaż-Żebbuġ, sar ir-restawr tal-kampnari, il-koppla u t-tanbur (il-bażi) tagħha u l-lanterna kif ukoll saret sistema ġdida ta’ dawl iktar effiċjenti fil-konsum tal-enerġija… Kompli aqra »

1,790 post vakanti għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja

Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika 2024‑2025 jinsabu fuq il‑websajt tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta knisja.mt.

B’kollox hemm 1,790 post vakanti għall‑istudenti (1,538 f’Malta u 252 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet se jsiru kollha online. L‑applikazzjonijiet tal-‘Ewwel Kriterju’ għal Malta u Għawdex se jintlaqgħu bejn il‑21 u t-30 ta’ Novembru 2023.  L-‘Applikazzjoni Tard’ se jintlaqgħu bejn is-7 u l-14 ta’ Diċembru. L‑applikazzjonijiet ta’ ‘Applikanti l‑Oħra’ jintlaqgħu bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar 2024… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Sacro Cuor f’Tas-Sliema

L‑Arċisqof Charles Scicluna llejla se jiċċelebra quddiesa li biha uffiċjalment se jagħti bidu għall-ħidma pastorali ta’ Patri Martin Coleiro OFM bħala kappillan tal‑parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas‑Sliema. Monsinjur Arċisqof jirringrazzja lil Patri Paul Attard OFM tal‑ħidma tiegħu bħala kappillan f’din il‑parroċċa għal dawn l‑aħħar sitt snin.

Patri Martin twieled fid-9 ta’ Novembru 1962 u tgħammed fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sta Venera. Irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola Immaculate Conception fil-Ħamrun, fl-iskola primarja u fil-Kulleġġ tal-Karmelitani ta’ Sta Venera… Kompli aqra »

Riċerka: Il-kontribut importanti tar-reliġjużi u l-lajċi fl-iskejjel tal-Knisja

Studju dwar il-futur tal-iskejjel tal-Knisja

Minn riċerka li saret fost l‑iskejjel tal‑Knisja ħareġ li hu essenzjali li wieħed mill‑għanijiet prinċipali tal‑iskejjel kollha tal‑Knisja f’Malta u Għawdex jibqa’ li tinżamm l‑identità Nisranija, minsuġa dejjem mal‑kariżmi differenti tal‑kongregazzjonijiet. Dan filwaqt li tkompli tissaħħaħ il‑formazzjoni Nisranija li tingħata lill‑istudenti, staff, u ġenituri.

Ir‑riċerka hi l‑ewwel fażi tal‑proċess li s‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija, l‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja u l‑Kunsill Superjuri Maġġuri Reliġjużi qed jagħmlu sabiex jaraw x’inhi t‑triq ’il quddiem għall‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u Għawdex, li jaqdu mas‑17,000 student u jħaddmu iktar minn 3,000 edukatur… Kompli aqra »

Francesco Zahra f’Casa Manresa

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tfakkar il-250 anniversarju mill-mewt ta’ Francesco Zahra permezz ta’ wirja ta’ pitturi fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Zahra hu wieħed mill-aqwa artisti tal-Barokk f’Malta. Il‑wirja, li tinsab fil‑pjan terran tal‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana, tiffoka fuq episodji mill‑Passjoni ta’ Kristu u suġġetti devozzjonali oħra li dan l‑artist ewlieni Malti pitter għall‑Kurja tal‑Arċisqof, magħrufa wkoll bħala Casa Manresa, li nbniet fl‑1743 bħala post tal‑irtiri mill‑Ġiżwiti.

Il-wirja hija miftuħa għall-pubbliku sat-2 ta’ Diċembru… Kompli aqra »